Home  |  Contact Us     
     Home
     Editorials
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Xi kummenti dwar dawn ir-Ricetti u d-Dieta Vegetarjana

Dan huwa t-tieni ktieb ta' ricetti vegeterjani migbura mill-Ghaqda Vegetarjana ta' Malta. Dan hu mmirat lejn dawk li jixtiequ jbiddlu d-dieta taghhom ghal wahda bbazata fuq il-haxix.

Ghalkemm f'xi whud mir-ricetti jintuzaw gobon, halib jew bajd, u dawn huma kollha prodotti gejjin mill-annimali, ghandhom jnituzaw bl-akbar prudenza kemm minhabba li kollha jinkludi prodotti tax-xaham tal-annimali, kolesterol u ammont kbir ta' proteini li jistghu jkunu ta' hsara ghas-sahha, kif uwkoll ghal ragunijiet etici.

Id-domanda esagerata ghal dawn il-prodotti tohloq stress kbir fuq l-annimali li jipproducuhom u anke hafna drabi mohqrija. Ghalhekk ghandna nkunu konxji u nuzawhom bil-qies u ghal bzonn biss f'dak li nahsbu li hu necessarju ghal ghajxien u mhux biex niffangaw jew biex niccelebraw.

Illum fis-suq hawn diversi prodotti li jistghu jintuzaw flokhom. Hekk insibu egg replacer mghamul mill-patata u jintuza fil-helu bhal kejkijiet etc, u soya milk li jintuza fil-kremi, jew white sauce. Jezistu fis-suq wkoll kremi mghamula mix-xaham vegetai, dawn jistghu intuzaw fil-helu jew bhala white sauce. Il-margarines li nuzaw wkoll ghandhom ikunu vegetali.


Dieta bilancjata

Ma nistghux nemfasizzaw bizzejjed fuq dieta bilancjata. Dieta li ma tkunx bilancjata, anke jekk tkun vegetarjana, mhix tajba ghas-sahha. Ghalhekk ghandna nevitaw xahmijiet u zjut (bhal qali) zejda anke jekk dawn ikunu vegetali, zokkor u helu, pasti, cikkulata u gelati u melh. Dieta bilancjata ghandha tinkludi kuljum haxix nej bhal hass,hjar,zunnarija mahkuka, kabocci, tadam, sprouts, ful, u qmugh (oats, wheat, barley, kollha rolled) u frott frisk specjalment laring ghall-vitamina C, tuffieh ,banana, jew frott niexef bhas-sultana, zbib, pruna, tin u tamal flimkien ma' varjazzjoni ta' lewz, gewz u zrieragh bhal gunglin u sunflower.


Kelma ta' kawtela lill-Vegans

Id-dieta vegan hija aktar ristretta minn dik vegetarjana, izda hi l-aktar wahda etikament korretta, ghax ma tinvolvi l-ebda prodott li gej mill-annimali. Normalment dawk li jsegwu din id-dieta jinfurmaw ruhhom sew dwar in-nutrizzjoni biex jaccertaw ruhhom li jiehdu biz-zejjed vitamina B12, billi jaraw li l-prodotti li jiehdu jkunu fortifikati b'din il-vitamina jew/u jiehdu suppliment forma ta' pillola. Din hija r-rikomandazzjoni ta' tobba vegans.


» Ara r-Ricetti