Home  |  Contact us     
Home
Editorials
About the Society
Events
Literature
Articles
Recipes
Leave Your Thoughts
Contact Us
Memberships
Links


Kejk tat-Tamal u tat-Tuffieh

Ingredjenti - Ghal 8 Persuni

Ghagina tal-brazil nuts

• 75g (3oz) margerina
• 40g (1.5oz) zokkor ismar
• 125g (4oz) dqiq ismar
• 75g (3oz) brazil nuts midhun
• abjad ta’ bajda
• mgharfa brazil nuts imqatta’

Mili

• 3 kuccarini meraq tat-tuffieh
• 500g (1lb) tuffieh, imqaxxar u mqatta’
• 125g (4oz) tamal imqatta’
• kuccarina trab tal-kannella
• 142ml whipped double cream (Bazi tal-haxix)



Metodu

Habbat il-margerina u z-zokkor flimkien sakemm jirtabu. Hawwad maghhom id-dqiq u l-brazil nuts u aghqqadhom f’ghagina. Ibqa’ ahdem l-ghagina fuq il-wicc tal-mejda miksi bid-dqiq. Aqsam l-ghagina fi tnejn, u ifrixhom fuq 2 baking sheets separati. Idlek wahda minnhom bl-abjad tal-bajda u roxx fuqha il-brazil nuts imqatta’. Sajjar fil-forn f’temperatura ta 190C , Gas Mark 5 ghal madwar 15-il minuta sakemm tihmar. Meta ssir, u waqt li ghadha shuna aqta’ l-ghagina li ksejt bil-brazil nuts, fi 8 porzjonijiet. Hallihom jikshu.
Poggi t-tuffieh imqatta’ u l-meraq tat-tuffieh go borma, aghttiha u sajjar ghal madwar 10 minuti sakemm jirtabu. Imbaghad zid it-tamal u t-trab tal-kannella u hallihom jikshu. Ifrex il-mili tat-tuffieh fuq l-ghagina shiha, iksi bil-whipped cream, u poggi s-slices tal-porzjonijiet ta’ l-ghagina l-ohra li kont qtajt, fuq kollox.

Nota personali: Ta’ min jesperimenta jnaqqas l-ammont ta’ bajd li fiha din ir-ricetta. Mill-esperjenza taghna, bosta drabi tghaddi b’ ferm inqas mill-ammont tar-ricetta.



« Lura ghar-Ricetti