Home  |  Contact us     
Home
Welcome Note
About the Society
Events
Literature
Articles
Recipes
Leave Your Thoughts
Contact Us
Memberships
Links


Gulepp Tal-Harrub

(Din ir-ricetta baghitilna s-sinjura Lina Cutajar miz-Zejtun)

Fil-harifa, fil-kampanja maltija, wiehed jista' jsib hafna harrub li jkun sar bizzejjed biex inqata' u jintuza biex isir gulepp.

Ingredjenti

• Kilo harrub
• Kilo zokkor
• 6 imsiemer tal-qronfol
• Bastun tal-kannella
• Qoxra u meraq tal-lumija



Metodu

Ahsel u xxotta l-harrub imbaghad qattghu.
Ferrxu go dixx u ixwih (mhux li taharqu) ghal xi siegha jew izjed (gas mark 4; 180 deg C; electric 350 F). Hallih jiksah.
Poggih f'borma biex jixxarrab ghal 24 siegha. L-ghada ghalli fl-istess ilma ghal xi siegha jew ftit izjed sakemm jirtab fuq nar bati.
Saffi u l-likwidu poggih fuq in-nar u zid mieghu z-zokkor, bastun kannella, imsiemer tal-qronfol u l-qoxra tal-lumi. Hallih ghal xi siegha jew izjed.
Zid il-meraq tal-lumi; it-tahlita trid tigi qisha ghasel.
Tista' zzid xi grokk rum jew anisett.
Servi kuccarina minnu fil-mishun u bicca lumija; jekk trid zid ftit rum.




« Lura ghar-Ricetti