Home  |  Contact us     
Home
Welcome Note
About the Society
Events
Literature
Articles
Recipes
Leave Your Thoughts
Contact Us
Memberships
Links


Lasagne Bil-Fazola

Ingredjenti - 4 persuni

• 8 folji wholemeal lasagne
• 5ml (kuccarina) oregano niexef
• Basla kbira mqatta' irqiq
• Shoyu jew soy sauce
• 15ml vegetable oil
• Ftit bzar iswed mithun
• Melh
• 1-2 sinniet tewm; mithun

Ghaz-Zalza

• 225 g (8oz) aduki beans imsajra
• 25g (1oz) vegetable margerine
• Bzaru ahdar mqatta'
• 25g (1 oz) dqiq wholemeal plain
• 400g(14oz)tadam tal-bott imqatta 425ml(3/4pinta) soya milk(jew halib)
• 15ml(mgharfa) kunserva
• 55g(2oz)vegetarian cheddar, mahkuk (jekk trid)
• 5ml (kuccarina) basil niexef
• Xi ftit herbs friski biex izzejjen il-wicc



Metodu

Sajjar il-lasagne f'borma kbira ilma jaghli bi ftit melh ghal 8-10 minuti sakemm issir al dente. Saffi tajjeb u ifrixha x'imkien biex tinxef u ma tehilx flimkien.
Sa dan it-tant rattab il-basla fiz-zejt go tagen, itfa niskata melh u zid it-tewm.
Zid il-fazola, bzar, tadam, kunserva u l-herbs niexfa u hawwad sew biex thallat kollox.
Halli fuq in-nar ghal 10 minuti jew sakemm il-hxejjex jirtabu, waqt li thawwad.
Zid ix-Shoyu ftit melh u bzar skond kif tiggosta.


Iz-Zalza

Ghaz-zalza, poggi l-margerine, id-dqiq u l-halib go tagen u hallihom itektku waqt li thabbat il-hin kollu.
Meta t-tahlita tibda taghqad halliha fuq nar baghti, nofsha mghottija ghal madwar 6 minuti u hawwad spiss.
Jekk ser tuza l-gobon zidu issa fiz-zalza u hawwad.


Preparament

Ifrex il-lasagne go dixx midluk hekk:

Itfa nofs it-tahlita tal-fazola.
Ghatti b'nofs il-lasagne.
Poggi l-kumplament tat-tahlita tal-fazola fuq l-ewwel saff ta' lasagne.
Ghatti bil-kumplament tal-lasagne.
Itfa t-zalza fuq kollox.
Sajjar go forn (shun) temperatura 180 deg C jew gas mark 4 ghal madwar 35 minuta jew sakemm issir kulur kannella dehbi u tintefah.
Servi go d-dixx fejn tkun issajret u zejjen il-wicc b'xi weraq ta' herbs friski.
Servi ma' salad ahdar u xi hobz frisk iqarmec.




« Lura ghar-Ricetti