Home  |  Contact us     
Home
Welcome Note
About the Society
Events
Literature
Articles
Recipes
Leave Your Thoughts
Contact Us
Memberships
Links


Loaf tal-Ghazz u l-Lewz

Ingredjenti - Ghal 6 Persuni

• 115g jew 2/3 ta' kikkra ghazz homor
• 115g jew kikkra gellewz
• 115g jew kikkra gewz
• Zunnarija kbira
• 2 zkuk tal-krafes
• Basla kbira
• 115g faqqiegh
• 50g jew 4 mgharef butir jew margerine
• 10ml jew zewg kuccarini mild curry powder
• 30ml jew nofs mgharfa kecap tat-tadam
• 30ml jew 2 mgharef Worchester sauce
• Bajda mhabbta (jekk trid)
• 10ml jew 2 kuccarini jew inqas melh
• 60ml jew 4 mgharef tursin frisk mqatta'
• 150ml jew kwart ta' pinta ilma



Metodu

Xarrab l-ghazz ghal madwar siegha fl-ilma u imbaghad saffi sew.
Idhan il-lewz irqiq sew (imma mhux izzejjed) go food processor u poggihom fil-gemb.
Qatta' z-zunnarija, l-krafes, l-basla, u l-faqqiegh f' bicciet zghar imbaghad ghaddihom mill-food processor jew blender sakemm isiru mqattghin irqaq.
Qalli l-haxix bil-mod fil-butir jew margerin ghal 5 minuti u zid il-curry waqt li thawwad u hallihom isiru ghal madwar minuta. Halli jibred.
Sahhan il-forn sa 190 grad C; mark tal-gass 5
Sa dan it-tant hallat l-ghazz mal-lewz, mal-haxix u l-kecap, il-Worcester sauce, il-bajda, melh, tursin u l-ilma.
Idlek dixx tal-kilo u iksi il-qiegh u l-gnub bil-fojl. Ippressa ftit b'imgharfa t-tahlita fid-dixx u dahhalha go forn shun.
Ahmi ghal madwar siegha u kwart sakemm taghqad xi ftit. Tista tiksi l-wicc bil-fojl jekk ikun ser jinharaq.
Halli t-tahlita toqghod ghal madwar kwarta qabel ma taqliba u tnehhi l-fojl. Ghandha tkun ftit ratba meta titqatta'.
Servi ma' xi haxix imqatta jew patata mghollija u gravy.




« Lura ghar-Ricetti