Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


White Bread u Wheat Bread

ta Lisa Barley


X'inhi d-differenza bejn il-white bread u l-wheat bread?

Dawn iz-zewg tipi ta' hobz ghandhom zewg differenzi ewlenin:

a. Il-mod kif inhuma pprocessati
b. Kemm huma tajbin ghas-sahha


Kif inhuma pprocessati?

Id-dqiq, kemm tal-"white bread" kif ukoll tal-"wheat bread", hu maghmul minn dawn it-tliet partijiet:

1. "Bran" (il-qoxra ta' barra)
2. "Germ" (il-parti ta' gewwa)
3. "Endosperm" (il-lamtu li jinsab bejn il-"bran" u l-"germ")

Filwaqt li l-"whole wheat" huwa pprocessat b'tali mod li jintuzaw dawn it-tliet partijiet kollha li semmejna fuq, fid-dqiq abjad jintuza biss l-"endosperm". Ghaldaqstant, il-"whole wheat" fih hafna iktar nutrijenti, fosthom "fibre", il-vitamini B6 u E, "magnesium", ?ingu, "folic acid" u "chromium".

L-awtrici tenfasizza li minn dawn in-nutrijenti kollha, il-"fibre" huwa wiehed mill-iktar nutrijenti importanti ghas-sahha tal-bniedem, u ssemmi dawn il-punti:
1. Minn studju li sar fuq medda ta' ghaxar snin li sar mill-Universita' ta' Harvard (1994), instab li kemm nisa kif ukoll irgiel li kienu jieklu hobz li fih ammont ta' "fibre" sostanzjali, kellhom inqas rati ta' attakki tal-qalb u puplezija;
2. Ricerka ohra mill-Universita' ta' Washington (2003) turi li min jaghmel l-ghazla li jaqleb minn "white bread" ghal "whole wheat bread" ikun qed inaqqas ir-riskju ta' mard tal-qalb b'20%.
3. Il-"fiber" huwa wkoll maghruf ghal digestjoni ahjar.


Smajt li l-white bread izidulu n-nutrijenti li jintilfu waqt l-ipprocessar! Vera?

Meta d-dqiq jigi pprocessat jintilfu hafna nutrijenti, bhal "fibre", "essential fatty acids", u l-maggoranza tal-vitamini u l-minerali. Filwaqt li madwar 30 nutrijent jintilfu waqt il-process, il-ligi tobbliga li almenu 5 nutrienti jridu jigu mizjuda. L-iktar li normalment jigu mizjuda huma hadid, "niacin", "thiamin", "riboflavin" u "folic acid". Il-"fibre" fil-"white bread" tant jonqos wara dan il-process, li biex tiehu l-ammont ta' fiber li normalment issib fi slice wahda ta' "whole wheat bread", trid tiehu 8 slices "white bread".


Kif tinduna li l-hobz huwa vera "whole wheat"?

Qabel, wiehed seta jinduna mill-kulur, pero daz-zmien il-kulur jista' jkun mizjud, ghaldaqstant ma tistax tibbaza d-decizjoni fuq il-kulur. L-iktar mod cert biex tinduna hu li taqra l-ingredjenti fuq il-pakkett u tara li l-ingredjent principali huwa jew "whole grain" jew "whole wheat".


Il-hobz huwa ikel vegan jew le?

Mhux dejjem. Hafna mill-hobz li jinsab fi hwienet tal-ikel ikollu fih ingredjenti bhal halib, bajd, ghasel, "shortening" jew "whey", fost ingredjenti ohrajn li huma derivati mill-annimali.


Dan l-artiklu mehud mill-Vegetarian Times
http://vegetariantimes.com/document_display.cfm?document_id=389



« Lura ghall-Artikli