|
Il-Kwistjoni dwar is-Soya
minn John Darmanin
John huwa c-Chairperson tal-Ghaqda Vegetarjana ta' Malta.
Artikli li dehru f'bosta gazzetti u magazines barranin fl-Lulju li ghadda qajmu allarm u kontroversja kbira dwar is-soya, wara l-pubblikazzjoni ta' rizultati ta' studju li sar u li minnu hareg li l-ommijiet vegetarjani ghandhom riskju akbar li jwelldu trabi subien b'difett imsejjah hypospadias fl-organi genitali taghhom u li tigI mfejqa b'operazzjoni.
X'kien fih dan ir-Rapport?
Ir-rapport li kien ippublikat fil-British Journal of Urology International kellu l-objettiv li jinvestiga jekk id-dieta ta' l-omm, partikularment dieta vegetarjana, kellhiex x'taqsam mal-origini tal-hypospadias li skond ir-rapport qed tizdied. Kwazi 8000 tifel mwielda lill-ommijiet hadu sehem f'dan l-istharrig. Minn dawn 51 tifel gew identifikati bhala kazI ta' hypospadias.
Waqt li ma kienx hemm differenzi kbar fl-incidenza ta' dan id-difett bejn l-ommijiet li kienu jpejjpu, jiehdu l-alkohol jew bejn ommijiet li kellhom storja riproduttiva differenti, dehru differenzi ghal xi aspetti tad-dieta materna.
L-ommijiet vegetarjani kellhom cans hames darbiet aktar li jwelldu tarbija b'dan id-difett meta mqabbla ma' ommijiet omnivori li ma hadux supplimenti tal-hadid waqt l-ewwel 3 xhur tat-tqala.
L-ommijiet omnivori li hadu suppliment tal-hadid fl-ewwel 3 xhur tat-tqala kellhom ukoll cans akbar li jwelldu trabi b'dan id-difett.
L-istess difett gie assocjat ukoll mal-influenza fl-ewwel 3 xhur tat-tqala.
Il-konkluzjoni kienet li peres li l-vegetarjani kienu aktar esposti ghall-phytoestrogens minn dawk omnivori, kien hemm il-possibilta li dawn il-phytoestrogens (li jinsabu fis-soya aktar minn hxejjex ohra) setghu kienu responsabbli ta' l-origini ta' dan id-difett li jaffettwa biss lit-trabi subien.
Waqt li r-rapport jindika 3 kawzI li jistghu jwasslu ghal dan id-difett, ser nirristringu dan l-artiklu ghal dak biss li jirrigwarda d-dieta ta' l-omm.
Reazzjonijiet u Staqrrijiet
Il-professur Dr. Jean Golding li mexxiet dan l-istudju, wara stqarret li l-media qajjmet allarm esagerat u misleading. Fost hwejjeg ohra Prof. Golding qalet: "I strongly suggest that no action is taken until our findings have been confirmed in other case studies. Meanwhile I believe that it is important that mothers ensure that there is vareity in their diet whether they are vegetarians or not."
Golding spjegat li l-maggoranza tat-tfal li twieldu b'dan id-difett kienu ta' ommijiet li jieklu l-laham, imma proporzjonalment l-ommijiet vegetarjani kienu f'riskju hames darbiet aktar li jkollhom tarbija b'dan id-difett.
Stqarrija ohra minn Kate Northstone ko-awtrici tal-istudju qalet ukoll; " ...we were careful to stress through the initial media interest that we did not advocate that any pregnant woman change their chosen lifestyle if they were vegetarian, merely that being vegetarian may be a risk factor for this malformation."
L-istqarrija tkompli billi tghid li dan id-difett ma nstabx biss fit-trabi ta' l-ommijiet vegetarjani izda wkoll f'dawk li jieklu l-laham ukoll. Komplew jemfasizzaw l-awturi li ma jistghux ikunu certi dwar liema fattur tad-dieta hu responsabbli. Biss, il-konsum tas-soya zdied f'dawn l-ahhar snin minnhabba l-BSE u biza ta' mard iehor relatat ma' l-ikel tal-laham.
L-istqarrija tkompli tghid li jista' jkun hemm bosta spegazzjonijiet dwar dak li nstab fl-istudju; fosthom pesticidi u phytoestrogens, li t-tnejn jistghu jimitaw l-ormoni fil-gisem. Huwa importanti li ssir aktar ricerka dwar dan l-istudju biex tikkonferma jew tirrifjuta dan ir-rizultat, temmet tghid l-istqarrija.
Bla dubju ta' xejn dan l-istharrig jikkonfondina mhux ftit, izda mill-banda l-ohra ma ghadniex ghalfejn nallarmaw ruhna, pero hemm bzonn li nitghallmu aktar u noqghodu attenti. Wara kollox dan kien studju xjentifiku serju li ilu ghaddej ghal bosta snin.
Nixtieq nikkumenta dwar dik il-parti fejn Golding tghid li l-akbar numru ta' tfal bid-difett kien ta' ommijiet li jieklu l-laham izda fl-istess waqt l-ommijiet vegetarjani kellhom riskju ferm akbar. Din tidher kontradizzjoni imma m'hix. L-ewwelnett in-numru ta' kazi (51) ghalkemm sinifikanti jibqa' numru zghir u jista' jkun li jgieghel l-istatistika tinstama' akbar milli fil-fatt tkun; u probabilment in-numru ta' ommijiet vegetarjani kienu ferm anqas minn ta' dawk omnivori. Imma ir-rizultat hemm qieghed u r-riskju ghall-vegetarjani hu akbar dejjem skond dan ir-rapport.
Is-soya hi dik il-fazola l-aktar mkabbra fid-dinja, maghrufa ghall-ammont ta' proteini li fiha u l-ammont ta' phytochemicals li huma tajbin ghas-sahha bhal isoflavone. Is-soya maghrufa li tghin kontra l-kancer tas-sider kif gie rrappurtat f'diversi studji xjentificI. Barra minhekk, il-prodotti tas-soya huma kkunsmati bil-bosta fil-Gappun fejn il-Gappunizi jgawdu minn sahha ahjar u dan id-difett fit-trabi hu ferm u ferm anqas, irrespettivament mit-tip ta' dieta.
Il-Phytoestrogens
Dawn huma sustanzi kimici li jinstabu fil-pjanti ( ghalhekk "phyto") hxejjex u frott. M'humiex ormoni fil-fatt, imma tant jixbhu lill-ormon femminili estrogen li fil-gisem jiehdu post, u jaghmlu xoghol tal-ormon propju. Dawn is-sustanzi ghalhekk huma attivi u jipproducu effetti tajbin bhal glieda kontra l-kancer, huma anti-ossidanti u aktar, pero jistghu ukoll jipproducu effetti negattivi.
Tlett tipi ta' Phytoestrogens
1. Isoflavones li jinstabu f'varjeta kbira ta' pjanti, frott, haxix imma l-aktar fil-legumi (fazoli, pizelli, u ghazz). Fost 1000 tip ta' isoflavone l-aktar komuni fil-pjanti huma tnejn genistein u daidzein. 65% tal-isoflavones fis-soya huma daidzein u ta' min jghid li prodotti tas-soya processati bhal yoghurt, halib u dqiq ikun fihom koncentrazzjoni ta' madwar 10% tal-kontenut originali.
2. Lignans, li l-aktar li huma attivi flok estrogen jinsabu fic-cereali, frott u haxix.
3. Coumestans, li jinstabu l-aktar fl-isprouts.
L-Effett fuq l-Ormoni Sesswali
Nisa Gappunizi huma rrappurtati li jbatu anqas mill-fwawar (12% kumparati ma' 75% ta' nisa Amerikani). Il-konsum tas-soya min-nisa AsjaticI hu mahsub li jikkontribwixxi ghan-nuqqas ta' osteoporosi f'dawn il-popolazzjonijiet.
L-Effett fuq il-Kancer
Studji juru effetti pozittivi kontra mard tal-kancer li hu assocjat ma' ormoni bhal kancer tas-sider u tal-prostata.
L-Effett fuq il-Mard tal-Qalb
Nies minn pajjizi fejn jikkunsmaw aktar prodotti tas-soya bhal Gappun, ghandhom anqas riskju ta' mard tal-qalb. Probabli li dan hu dovut mhux daqstant ghall-isoflavones imma ghal komponenti ohra tas-soya kif ukoll minhabba dieta bbazata fuq aktar haxix u anqas laham.
Effetti Negattivi
Sfortunatament ricerki juru wkoll li dozi gholjin ta' dawn il-kimicI jistghu jgibu effetti hziena li jvarjaw minn effetti fuq it-thyroid sal-hypospadias. Dawn l-effetti jidhru meta ikun hemm konsum eccessiv tas-soya specjalment fit-trabi li jistghu jkunu esposti ghal dozi qawwija ferm ta' phytoestrogens li jissuperaw l-effetti tajba taghhom.
Konkluzzjoni u Rikomandazzjonijiet
M'hemmx evidenza li l-konsum tas-soya fl-ammonti normali hu ta' hsara ghas-sahha, specjalment meta thares lejn il-popolazzjoni Gappuniza li tgawdi minn hajja twila. Ghalhekk konsum moderat ta' soya hu ta' beneficcju ghas-sahha.
Jista' jkun ukoll li dawk li jikkunsmaw hafna proteini tas-soya f'prodotti bhal "fake meats" bhall-burgers tas-soy, u luncheon meat, ikun qed jikkunsmaw ammont kbir ta' proteini li jiehu post il-karboidrati u l-fiber.
Waqt li ir-reklami jaghtu l-impressjoni li l-beneficcji tal-phytoestrogens jinsabu fi prodotti bhas-soya, fil-fatt dawn jinsabu mifruxa fil-hxejjex kollha u frott, b'mod aktar ibbilancjat. L-aktar mod prudenti kif wiehed ghandu jaghmel ghalissa hu li jiekol mill-varjeta tal-haxix kollu, frott, lewz,zrieragh minghajr ma jibbaza zzejjed fuq prodott wiehed bhas-soya.
(L-ewwel parti mehuda mill-artikli originali li dehru fil-medja u mill-website ta' l-awturi tar-rapport tal- BJU Int. waqt li t-tieni pari mehuda minn trattament dwar is-soya u l-phytoestrogens minn Dr. John Mcdougall. Vol 1. Nru 8 Awissu 2002. Ghalhekk min jixtieq aktar informazzjoni jew l-artikli shah jista' jew jitlobni kopja jew ifettex fuq dawn is-sites:www.alspac.bristol.ac.uk; u l-website ta' Dr.J.Mcdougal - www.drmcdougall.com/)
|