Home  |  Contact us     
Home
Welcome Note
About the Society
Events
Literature
Articles
Recipes
Leave Your Thoughts
Contact Us
Memberships
Links


Riflessjoni

ta' Christine Garzia

Waqt li kont qed insuq lejn ix-xoghol, inzertajt trakk qed igorr xi hniezer lejn il-biccerija. Qalbi inghafset. Tant li tfajt il-karozza fil-genb u stennejt it-trakk jghaddi biex ma narahx iktar. Qabduni dwejjaq kbar. Dwejjaq minhabba l-fatt li ma nista’ naghmel xejn biex nghin lill-dawk l-annimali. Dwejjaq ghax ghalkemm ma narax x’jigri fil-biccerija, naf x’jigri.

Ilni vegetarjana sitt snin. Matul dawn is-sitt snin tghallimt hafna dwar il-vegetarjanizmu, u nista’ nghid li dejjem niskopri xi haga gdida. U barra l-vegetarjanizmu sirt inhaddan principji li huma hafna relatati. Fl-opinjoni tieghi ma tistax tkun vegetarjan fuq ragunijiet etici u ma tkunx ambjentalist, ghax l-ambjent u l-vegetarjanizmu huma marbutin flimkien. Fuq nota personali, ghalija, li nkun vegetarjana, jfisser li nirrispetta l-annimali u l-holqien kollu, u li fil-hajja tieghi ta’ kuljum nara kif naghmel biex bl-azzjonijiet u d-decizjonijiet tieghi, ma naghmel hsara lil hadd, umani, annimali u l-ambjent.

Pero, avolja nipprova naghmel l-inqas hsara possibbli bid-decizjonijiet tieghi, kultant jghadduli hsiebijiet li jinkwetawni. Qed naghmel bizzejjed? Dak li qed naghmel qed jaghmel differenza fid-dinja? X’nista’ naghmel iktar? Tant hawn dizgrazzji u ingustizzji kbar fid-dinja...il-faqar, tfal imutu bil-guh, nies morda, annimali qed jigu estinti, it-tniggis tal-ambjent, nies sfruttatti, nisa u tfal jghixu hajja ta’ abbuz, dizastri naturali...fost hafna ohrajn!

Kif diga semmejt, inhoss li l-kawza tal-vegetarjanizmu tigbor hafna kawzi ohrajn relatati. Apparti l-mohqrija u l-abbuz tal-annimali, l-ambjent u l-faqar fid-dinja huma t-tnejn importanti. Facli tintilef fil-hajja mghaggla tal-lum u tinsa kemm hu importanti li tibqa’ tiggieled ghal dawk principji li temmen fihom. Niftakar kemm kont akkanita’ fil-bidu li sirt vegetarjana. Mhux ghax issa m’ghadnix, imma sfortunatament, wara tant snin, facli taghmel dak li hemm bzonn isir, u mhux izjed. Nahseb tant tiltaqa’ ma nies li, mhux talli ma jifhmukx, imma jfixkluk, li facli tiddemoralizza ruhek. Mill-banda l-ohra tiltaqa’ ma nies li jkunu jridu jitghallmu minghandek, u hawnhekk ikollok cans taghmel differenza.

Ftit gimghat ilu xtrajt ktieb jismu “The Everyday Activist”, ta’ Micheal Norton. Fih hemm gwida li theggeg lill-qarrej jemmen fil-filosofija li kull wiehed u wahda minna tista’ taghmel xi haga biex taghmel differenza fid-dinja. Dan billi anki naghmlu affarijiet u bidliet zghar fil-hajja ta’ kuljum. Il-ktieb huwa ibbazat fuq sitt stadji:

1. You can change the world – Tista tbiddel id-dinja

2. Decide to become an everyday activist – Iddeciedi li ssir attivist fil-hajja ta’ kuljum

3. What’s the problem? – X’inhi l-problema?

4. Come up with a solution – Sib soluzzjoni

5. Go out and do something – hu azzjoni

6. World domination – Biddel id-dinja

Ovvjament, iktar facli tghidha milli taghmilha (specjalment l-ahhar stadju!!); pero, kif diga semmejt, huwa possibbli li dan isir. Wara kollox, min iddecieda li jsir vegetarjan qed jaghmel differenza kbira, u din qatt m’ghandna ninsewha!!!

Be the change you want to see in the world – Mahatma Gandhi



« Lura ghall-artikli