Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Ir-rigal ta' Jay Dinshah

Tabib li ghex fis-seklu 17, darba qal li "Inti xih daqs kemm huma xjuh l-arterji tieghek". Dan fih bosta veritą ghax jekk l-arterji ikunu xirfin jew mizdudin tista' tkun ghadek zghir izda minn gewwa tkun xjeht. Mill-banda l-ohra, jekk ikollok l-arterji tajbin u flessibli dawn ikunu jistghu jwasslu s-sustanzi tal-hajja f'kull parti tal-gisem, u l-mohh jibqa' zaghzugh ghalkemm ikollok l-etą. Il-fatt li Jay Dinshah, il-President u l-Fundatur tal-Vegan Society ta' l-Amerika li apparentament miet b'attakk tal-qalb fl-etą ta' 66 sena titfa' dawl fuq il-fatt li forsi, dieta ta' haxix biss mhix bizzejjed ghall-arterji b'sahhithom.
Xjentisti dan l-ahhar sabu li hemm fatturi lil hinn mill-konsum ta' xahmijiet saturati li gejjin mill-annimali, li jistghu jikkontribwixxu biex jinsaddu l-vini u b'hekk jinholqu l-problemi tal-mard tal-qalb. It -tnaqqis ta' dawn ir-riskji ghandu jkun il-ghan kemm tal-vegetarjani u vegans kif ukoll ta' dawk hutna li mhumiex.

Accerta ruhek li jkollok riserva bizzejjed ta' vitamina B12
In-nuqqas ta' B12 fil-gisem tikkaguna livelli gholjin ta' homocysteine fid-demm. Din is-sustanza, prodott tad-digestjoni tal-proteini, tista' tikkaguna hsara fl-arterji. Il-vitamina B12 (Cobalamin) hi essenzjali fil-metabolizmu biex telimina l-homocysteine. Minhabba li fil-hajja moderna l-B12 insibuha biss fil-prodotti ta' l-annimali, il-vegans specjalment ghandhom jizguraw li jiehdu supplimenti, jew ikel supplimentat b'din il-vitamina bhal ma huma bosta cereali kummercjali. Hemm bzonn ta' mill-anqas 5 sa 10 microgrammi darbtejn jew 3 darbiet fil-gimgha. Dozi aktar gholjin (50-1000 microgramma) diversi drabi fil-gimgha tizgura li l-vegans izommu livell tajjeb ta' B12 fil-gisem.


Naqqas il-konsum ta' zokkor u karboidrati raffinati

Helu, soft drinks, pasti, hobz abjad, u karboijdrati raffinati ohrajn jistghu jaghmlu hsara lill-arterji b'diversi modi. It-theddida mhix gejja minn xi nofs kuccarina maple syrup mat-tč imma pjuttost mill-konsum taz-zokkor fi kwantitą bhala ikel. Meta tiehu xi candy bar jew bicca kejk, tkun qed tikkonsuma ammont kbir ta' zokkor. Meta wiehed jiehu zokkor bi kwantitą bhal din, iz-zokkor fid-demm jghola drammatikament u d-demm jibqa' helu ghal bosta sighat. Sa dan it-tant, il-molekoli ta' din il-mewga ta' zokkor fid-demm, jistghu jehlu ma proteini li jikkomponu l-arterji stess fi process imsejjah glycosylation. B'dan il-mod, il-proteini li jikkomponu l-gnub ta'dawn l-arterji isiru jdellku u jwahhlu u ossidati. Fl-ahhar dawn jixriefu. Mal-medda tas-snin dawn jibdew jitqarqcu u jinkisru u jistiednu affarijiet li jehlu maghhom u b'hekk jibdew jinstaddu. Min jiekol iz-zokkor ikun qed jixjieh minn gewwa.

Livell gholi ta' zokkor fid-demm jista' igib livelli gholjin ta' insulina, li mbaghad din izzid sustanzi li jistghu jikkagunaw infjammazzjoni li terga taccellera l-izvilup ta' qoxra mal-gnub ta' l-arterji u l-vini. Inkunu aktar ghaqlin jekk iz-zokkor inhalluh ghall-uzu originali tieghu; jigifieri biex jaghati toghma helwa minflok li nikkunsmawh dirett.


Kun cert li tiehu bizzejjed vitamini u minerali antiossidanti

Il-kolesterol fid-demm m'ghandux it-tendenza li jehel ma' l-arterji qabel ma jsir ossidat. Il-hajja moderna tesponina ghal hafna sustanzi li jossidaw il-kolesterol - l-ilma tax-xorb klorinat,arja minsusa, free radicals fl-ikel ipprocessat specjalment dak li fih hydrogenated oils. Waqt li huwa necessarju li nevitaw dawn kemm jista' jkun, hemm bzonn li niehdu ammont ta' vitamini antiossidanti, bhal vitamina E u C, beta carotene. Dawn insibuhom fil-frott u fil-haxix friski.

Ghalkemm ilkoll naqblu li l-frott u l-haxix frisk m'hawnx ahjar minnu, mhux kulhadd jista' jiekol dan minhabba l-hajja mghaggla ta' llum. Imma jibqa' essenzjali biex nibzghu ghal sahhitna li naghmlu minn kollox biex ninkludu insalati tal-haxix kuljum, jew nistimjaw xi haxix fosthom ikkulurit, bhaz-zunnarija, bzar ahmar ma' kull ikla. Kull ferm aktar frott u haxix u aghmel d-dieta tieghek tiddependi fuqhom. Jekk tahdem f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni, - tibla' l-arja ta'l-ibliet, tahdem f'bini maghluq, hinijiet twal mal-kompjuter specjalment bil-lejl, jista' jkun aktar ghaqli li tiehu supplimenti ta' antiossidanti li jkun fihom vitamina C (250-500mg), vitamina E (preferibilment tocopherols imhallta 200-400 I.U.) u selenium (100-200mcg) darba jew darbtejn kuljum.


Evita il-konsum zejjed ta' xahmijiet (zjut) omega-6

Iz-zjut vegetali komuni li jintuzaw ghall-ikel, bhas-sunflower, safflower, corn, jew "all-purpose vegetable oil" (generalment cottonseed, u corn oil) ecc huma zjut "mhux ibbilancjati". Dawn fihom biss zejt tat-tip omega-6, jew linoleic acid, li huwa wiehed miz-zewgt izjut essenzjali ghas-sahha. Dawn iz-zjut ma fihomx dak l-imsejjah omega-3 jew linolenic acid. Persuna li tiehu l-aktar zejt omega-6 jista' jkun fir-riskju li jaghmel hsara lill-arterji.

Kun cert li tiehu bizejjed ikel li fihom omega-3 fid-dieta ta' kuljum, bhal qabda gewz (preferibilment organiku) jew zerriegha tal-qargha hamra jew mgharfa flax seed jew hemp seed oil kuljum. Dawn iz-zjut huma delikati u ma tridx issahhanhom; zidhom fuq l-insalati jew fuq il-haxix mgholli jew dellek il-hobz jew xi corn on the cob bihom(1)

Oghoqod attent ghal-livell gholi ta' kolesterol

Xi nies ghadhom predispozizzjoni ghal-livell gholi ta' kolesterol. Din il-kundizzjoni rari tista' tigi ttrattata bl-ezercizzju u b'dieta ta' ikel li fiha ftit li xejn xahmijiet saturati. Ghal dawn in-nies, niacin jew medicinali li jnaqqsu l-kolesterol jistghu ikunu ta' vantagg, jekk jittiehdu bis-supervizzjoni ta' tabib.

Barra mid-dieta hemm zewg fatturi ohra li jikkontrollow il-kondizzjoni ta' l-arterji, l-exercizzju u li nevitaw l-istress qawwi u kontinwu.


Ezercizzju bizzejjed

Biex wiehed izomm b'sahhtu huwa necessarju l-ezercizzju regolari u ta' kuljum, preferibilment tip ta' attivitą erobika moderata, mixi pass hafif, qdif bir-rota kemm barra jew gewwa jew ghawm. L-ezercizzju jzomm il-qalb u l-arterji flessibli kif ghandhom ikunu.


Evita l-istress qawwi u kontinwu

Ir-reazzjoni tal-gisem ghall-stress qawwi bhal qatgha huwa li jitlaq ormoni bhal adrenalina u ohrajn. Dawn necessarji f'sitwazzjonijiet ta' emergenza fejn il-gisem ikollu jzid iz-zokkor fil-muskoli biex jaghti energija u sahha malajr kemm jista' jkun. Dan il-process qieghed biex isalvalek hajtek f'kaz ta' emergenza, izda meta l-istress ikun kontinwu, gurnata wara l-ohra, xhar wara l-iehor jgholli l-pressjoni u jaghmel hsara lill-arterji.

Nahseb li l-istress li jghaddu minnu l-vegans u l-vegetarjani huwa meta jkiddu ruhhom bil-mohqrija ta' l-annimali. Dan johloq piz fuq il-kuxjenza, dieqa u stress. Flimkien ma nuqqasijiet fid-dieta, snin ta' stress emozzjonali jhalli l-effett tieghu fuq il-gisem kollu.

Tghid Jay Dinshah kien jiekol hafna zokkor, jew kien jiehu ftit vitamina B12 jew halla l-antiossidanti jonqsu? Tghid kien jiehu wisq omega-6 jew ma jaghmilx ezercizzju regolari? Il-mewt tieghu isservina bhala twissija biex ma nhallux lilna nfusna nigu kkunsmati bil-mohqrija, bis-sofferenzi jew mit-tragedja li jimmotivawna biex nghixu l-hajja b'mod anqas vjolenti. Li nkunu gentili maghna nfusna u ma l-ohrajn, li niehdu gost bl-affarijiet sbieh tal-hajja, l-ezercizzju, xi mixja fil-kampanja, li nnaqsu l-istress u nuru l-imhabba u l-gratitudni f'dak kollu li naghmlu, billi niehdu gost nidhqu huma kollha ingredjenti essenzjali ghas-sahha fizika taghna, kultant aktar mill-frott u l-haxix.

Lil hinn mis-sahha, hadd m'ghandu jimla rasu li dieta vegan wahedha hi xi garanzija tal-hadid ghall-immortalitą, jew ta' hajja twila bhal ta' Methuselah. Li taddotta dieta vegan bil-hsieb li tghix ghal dejjem, huwa mottiv essenzjalment egoistiku u fl-ahhar mill-ahhar mhux vegan ghax ma jonorax ic-ciklu tal-hajja. Bhala bnedmin li nirrispettaw il-hajja qeghdin hawn biex naghtu l-hajja. Huwa inevitabbli li biex din issehh irridu incedu postna ghal hajja aktar zaghzugha li trid tired din id-dinja minn ghandna. Tul il-mixja ta' hajjitna, ghandna bzonn naghmlu l-parti taghna kollha bl-imhabba, u bil-gost u bil-mod li jkun xieraq ghall-etą taghna f'kull stadju tal-hajja- l-ewwel bhala studenti li nitghallmu bil-herqa, imbaghad bhala attivisti dedikati, u fl-ahhar bhala ghalliema bil-ghaqal u entuzjasti biex naghtu ezempju ta' hajja fl-ispirtu ta' ahimsa.

Il-biza' mill-mewt m'ghandhomx ikunu l-mottivi li jsuquna biex naddottaw dieta vegan. Il-mottiv ta' hajjitna ghandu jkun aktar minn li ma mmutux. It-tragedja tkun li ma tghix il-milja tal-hajja, u li ma timlix kull moment bl-imhabba u servizz. Imma waqt li wiehed ikun qed jaghmel dan is-servizz ta' mhabba m'ghandux jiehu lilu nnifsu bis-serjetą esagerata, ghandu jiehu gost u jidhak.

Li taddotta dieta u stil ta' hajja vegan jew vegetarjana hija kwistjoni li tigi mill-qalb u mhux semplici kwistijoni kardijaka jew ta' mard tal-qalb. Hemm il-beneficcji ghas-sahha, meta taghzel dieta bbazata esklulizzivament fuq haxix biss u hafna nies jidhlu ghal din id-dieta mill-bieb immarkat "Is-Sahha". Imma nahseb li meta persuna taddotta dieta bla mohqrija, tkun qed twiegeb ghas-sejha mill-qalb, biex fl-ispirtu ta' ahimsa tikkawza l-anqas vjolenza possibbli fil-hajja ta' madwarha.

Jay Dinshah tana r-rigal ta' l-ezempju ta' hajtu, hajja minghajr hsara lil hadd u lil xejn u ta' dan nibqa' b'qalbi kollha grat lejh ghal dejjem.

Hawn Malta ghadni qatt ma lqajt ma' dawn iz-zjut u ghalhekk l-unika alternattiva hi li tidhan il-flax seed jew il-linseed (zerriegha tal-kittien) u zzidha ma' l-ikel. Jekk xi hadd ikun jaf minn fejn jinxtraw niehdu gost insiru nafu.

(Maqlub ghall-Malti minn artiklu ta' Dr Micheal Klaper MD, tabib vegan mgharuf sew ghall-kotba tieghu, u bhala ghalliem cajtier. Dr Klaper kiteb diversi kotba u videos fuq dieta minghajr kolestorol u kkontribwixxa ghal diversi programme fuq it-televixin. Jay Dinshah kien il-fundatur ta' l-Ghaqda Vegan Amerikana li halliena fis-sena 2000. Hu kien bniedem mahbub hafna u ta' ispirazzjoni ghal hafna nies bil-hajja u l-principji li kien jemmen fihom.. This article appeared in the electronic magazine EarthSave and those who would like a copy of the article in English can download it from the EarthSave website http://www.earthsave.org/newsletters/dinshah.htm



« Lura ghall-Artikli