Home  |  Contact us     
Home
Welcome Note
About the Society
Events
Literature
Articles
Recipes
Leave Your Thoughts
Contact Us
Memberships
Links


Il-Quinoa

ta' John Darmanin

Il-Quinoa hija pjanta li tikber fl-gholjiet u tipproduci zerriegha zghira imma sustanzjuza u mimlija nutrijenti. Din tista’ titghalla u tkun maghmula f’pilafs, tithallat mas-sopop, jew tithawwad mac-cereali jew mal-porridge fil-kolazzjon ta’ filghodu. Tista’ tkun sahansitra midhuna fi dqiq.

Nicole Spiridakis, kittieba dwar l-ikel tghidilna li l-quinoa ghandha l-proteini kompluti. Dan ifisser li ghandha id-disgha amino acidi essenzjali kollha li ghandna bzonn fid-dieta. Ghalhekk titqies ikel komplut u shih.

Il-quinoa tista’ tisserva kemm bhala ikel principali jew mal-helu jew bhala varjazzjoni ohra ta’ cereali. Tajba hafna meta tkun imhallta ma’ l-ghasel jew frott.

Nicole Spiridakis l-ewwel darba li daqet il-quinoa kien meta kienet ghada tistduja l-kullegg u xi habiba kwazi bellghatilha mgharfa mimlija ghax qaltilha li din kienet tajba ghaliha peress li kienet vegetarjana. Ghalkemm kienet daqsxejn xettika dwarha, ghax kienet aktar thobb l-ghagin u l-patata, mill-ewwel ghogbitha specjalment it-texture, daqsxejn imqarqca u fl-istess hin ratba, u b’toghma li tixbah dik tal-lewz.

Il-quinoa ilha tittiekel minn zmien il-qedem mill-Incas li kienu jikkonsidrawha bhala pjanta sagra, omm il-qmuh kollha minhabba li kienu sabu li kienet sustanzjuza, u barra minn hekk tirrezisti l-ambjent ahrax ta’ fejn tikber qalb l-gholjiet. Kapaci tirrezisti shana qawwija kif ukoll kesha kbira u ftit li xejn xita.

L-Incas kellhom ragun isejhulha pjanta sagra ghax in-Nazzjonijiet Uniti din tawha titlu ta’ “super crop”. Ghal kuntrarju tal-qamh u r-ross, minbarra l-amino acidi essenzjali kollha, fiha wkoll l-lysine, li huwa bzonnjuz fl-izvilupp tat-tessuti tal-gisem, fiha l-manganese, il-hadid, ir-ramm, l-fosfru u fibra. Ma fihiex gluten u tigi ddigerita malajr. Minhabba dawn il-kwalitajiet specjali, in-NASA qed tikkonsidra tuza l-quinoa bhala ikel ghall-astronawti fuq vjaggi twal fl-ispazju.

Waqt li bosta jqisu l-quinoa (Chenopodium quinoa) bhala qamh, dan mhux minnu u aktar ghandha x’taqsam mal-hxejjex bhall-ispinaci, u pitravi imma z-zkuk taghha joghlow bejn metru u tlieta. Il-quinoa hija pjanta indigena ghall-Peru u l-Bolivia. Dawn il-pajjizi jzommu madwar 1,800 tipi ta’ zerriegha tal-quinoa fis-seed banks taghhom.

Kif tuza l-Quinoa

Tista’ tuza l-quinoa flok ir-ross mal-haxix stir-fried. Meta tippreparha lahlahha sewwa biex tnehhilha il-kisja ta’ protezzjoni li jkollha u li taghti toghma morra. Qieghed proporzjon wiehed quinoa ma’ tnejn ilma go borma u ghalliha. Imbaghad baxxi n-nar u halliha ttektek mghottija ghal madwar 15-il minuta. Meta z-zerriegha tikber xi ftit u tirtab tkun tajba biex tittiekel.

Ara l-pagni tar-ricetti ghal ideat kif tista’ tuzaha.



« Lura ghall-artikli