|
Il-Qtil tal-Baleni
ta' John Darmanin
Ma tistax titkellem fuq il-vegetarjani minghajr ma titkellem fuq l-annimali, il-mohqrija, jekk dawn ihossux jew jekk ghandhomx drittijiet ecc. Bosta minn nies li jahdmu favur l-annimali huma vegetarjani ghax il-kotra ta’ dawk li jsiru vegetarjani jiehdu dan il-pass ghax ihossu ghall-annimali.
Wahda mill-aktar ahbarijiet li tinkwetana hi il-kacca ghall-baleni. Il-gappun, fost pajjizi ohra, hu mgharuf sew ghas-sajd tal-baleni, tant li dan is-sajd jitqies bhala parti mill-kultura tieghu. Aktar kmieni din is-sena, bi sfida kontra l-moratorjum fuq il-qtil kummercjali tal-Baleni li kienet tfasslet fl-International Whaling Commission fl-1986, flotta immexxija mill-vapur-fabbrika tal-baleni in-Nisshin Maru telaq lejn l-Antartika post maghruf bhala s-santwarju tal-baleni. Il-gappun qatt ma waqaf jikkacca l-baleni u s-sena l-ohra habbar li ser jaqbad ukoll baleni ta’ speci li huma mhedda mill-estinsjoni.
Toqba legali fil-ligi internazzjonali thalli l-membri tal-kommissjoni li joqtlu baleni ghar-ricerka xjentifika. Il-gappun ried joqtol aktar minn 1000 balena biex jistudja l-istokk, struttura, u ikel taghhom. Il-laham imbaghad jinbieh kommercjalment. Dan gab il-kundanna ta’ bosta entitajeit xjentifici specjalment meta hemm il-hsieb li joqtlu 50 humpback l-akbar wahda u l-aktar mahbuba ghal-ghanja taghha.
Il-qtil tal-baleni huwa krudil hafna. harpun jigi sparat minn fuq il-vapur, jinfed il-gisem tal-balena, jisplodi u jcarrat l-organi taghha. Il-harpun ikun marbut b’habel biex minnu tingibed il-balena feruta ghal mal-genb tal-vapur. Imbaghad iwahhlulha probes u jaghtuha xokkijiet kbar biex tmut izda din gieli tiehu 20minuta biex tmut. Dan it-torment kollu jservi biex madwar 1% tal-gappunizi (skond survey Ingliz) jieklu laham tal-balena. Jghidu tant naqset id-domanda ghal-laham tal-baleni li l-kumpaniji jibqghalhom lot kbir ta’ laham mis-snin ta’ qabel iffrizat waqt li kumpaniji ohrajn diga zarmaw.
Wahda mill-iskuzi li jgibu l-gappunizi biex jiggustifikaw din il-kacca ghall-baleni hi l-ipokrezija tal-pajjizi tal-Punent li jippermettu diversi tipi ta’ kacca tac-criev, baqar, foci ecc u mbaghad jikkundannaw lill-gappun talli joqtol il-baleni.
Skond Peter Heller il-kacca tal-baleni aktar ghandha x’taqsam mal-biza’ li tant qed jinqerdu hut li mhux ser ikun hawn bizzejjed. Hu stmat li 90% tal-hut tal-wicc bhat-tonn, marlin, shark li kien jezisti fis-snin 50 spicca waqt li rapport li deher fis-Science widdeb li s-sajd jista’ jispicca sa 50 sen’ ohra jekk jibqa’ sejjer bl-istess rata.
Nies Qalbiena
Is-Sea Shepherd hija organizazzjoni bil-ghan li thares l-ibhra kontra sajd illegali. Il-bahrin qalbiena jirriskjaw hajjithom biex jikkonfrontaw bastimenti tas-sajd illegali. Il-kaptan Paul Watson qal, “ waqt li nonfqu l-biljuni biex forsi nikkomunikaw ma’ xi hajja intelligenti fl-ispazju, lanqas biss nirrealizzaw li ghandna hajja intelligenti hawn fid-dinja u li ilha tghanni u tikkomunika minn qabel ma l-bniedem deher fuq l-art.
L-intelligenza tfisser li tkun kapaci taghraf tghix f’armonija mal-holqien u minn dan l-angolu ahna l-bnedmin l-aktar stupidi fost il-hlejjaq kollha. Tlifna bosta speci ta’ kreaturi u bejn 1980 u 2045 ser inkunu tlifna aktar speci milli ntilfu f’dan l-ahhar miljun sena! Ahna responsabbli ta’ dan!
L-ibhra qed imutu fi zmienna u li kieku n-navies tad-dinja kellhom sens ta’ responsabiltà kienu jipprotegu l-ibhra mhux jilghabu tal-gwerra bejniethom.
Il-problema hi li waqt li hemm il-ligijiet mehtiega biex jipprotegu l-ibhra, inforzar ma jezistix. In-Norvegja, l-Izlanda u l-gappun qatlu 25,000 balena kontra l-ligi mill-1986 sal-lum. Ghalhekk bhala nies b’kuxjenza, nhossu l-bzonn li nqumu, u nipprotegu l-hajja ghax din l-aktar haga importanti li fadal x’nipprotegu fid-dinja.
Adattat minn rapport Japan’s Whaling Shame - Los Angeles Times, 3 Dec 07 miktub minn Peter Heller; Defending the Whales—Sea Shepherd Conservation Society website
|