Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Hu Mahsub Biex Jiekol il-Laham il-Gisem tal-Bniedem?

by John Darmanin
John is the Chairperson for the Vegetarian Society of Malta.

Il-Kardjologu William C. Roberts jghid bla tlaqliq li l-fizjologija tal-bniedem mhix iddisinjata biex tiekol il-laham: "Nahseb li din hi cara bizzejjed ghax jekk tqabbel il-karatteristici tal-karnivori ma' dawk tal-erbivori malajr tinduna fejn hu post il-bniedem".

Roberts, li huwa editur tal-American Journal of Cardiology, isemmi dawn il-punti:

1. Li-l-imsaren tal-erbivori huma twal 12 il-darba daqs il-gisem, ikkumparat ma l-imsaren tal-karnivori li huma twal tlett darbiet daqs il-gisem.

2. L-erbivori jakkwistaw il-vitamina C mill-ikel waqt li l-karnivori jaghmilha gisimhom.

3. L-erbivori kollha ghandhom halqhom zghir meta mqabbel mal-karnivori.

4. L-erbivori jixorbu waqt li l-karnivori jilaqghu.

5. L-erbivori johorgu l-gharaq biex jibirdu waqt li l-karnivori johorgu lsienhom biex jilhegu.

Punt iehor li jsemmi Dr. Milton R. Millls huwa li l-karnivori jippreferu jibilghu l-ikel waqt li l-erbivori joghmoduh fit-tul.

Dr. Neal Barnard ifakkar li l-bnedmin m'ghandhomx il-forza, u l-heffa naturali biex jikkaccjaw u jkollhom juzaw armi u nasses biex jikkaccjaw. "M'ahniex hfief bhal qtates,l-isqra u predaturi ohrajn".

Virginia Messina, dietitian, tghid li lanqas il-halib (ta' l-annimali) mhu parti mid-dieta taghna. Il-fizjologija taghna tissuggerixxi li ma evolvejniex biex niehdu halib wara tfulitna. Dan jaghmel aktar sens meta tqis li, skond rapport fin-Nutrition Action Healthletter, 3 minn kull 10 adulti huma lactose intolerant jigifieri ma jistghux jiddigerixxu z-zokkor fil-halib, u jsofru minn diarrhea meta dan il-lactose jasal fil-musrana l-kbira.

Waqt li l-produtturi jippromovu l-halib billi jghidu kemm dan fih kalcju u kemm hu ghalhekk bzonnjuz ghall-ghadam, xi ricerkaturi ohrajn qajjmu xi incertezzi dwar kemm il-halib hu sors ta' kalcju ahjar mill-hxejjex bhas-soja, spinaci ecc. Studju mill-Universita ta' Harvard l-Istati Uniti, fuq 75,000 infermiera, ma sab l-ebda evidenza li dawk l-infermiera li jixorbu l-aktar halib kienu jgawdu aktar minn anqas ksur ta' ghadam. Fil-fatt dawn ir-ricerkaturi, fosthom Dr. Walter Willett mill-Harvard School of Public Health, qed isostnu li l-kwantita ta' proteini li fih il-halib jista' jzarma l-kalcju mill-ghadam.

"Li tixrob halib tal-baqra huwa assocjat ma' nuqqas ta' hadid, enemija fit-tfal, huwa l-kawza ta' bughawwigijiet, u diarrhea f' parti kbira mill-popolazzjoni tad-dinja u kawza ta' bosta forom t' allergiji ukoll. Jista' wkoll ikun implikat bhala l-bidu ta' atherosclerosis u attack tal-qalb", jghid Dr. Frank Oski, ex-Direttur tal-John Hopkins University, Department of Pediatrics, fil-ktieb tieghu Don't Drink your Milk!


Ahna Omnivori?

Waqt li dawn huma kollha argumenti tajbin u interessant, l-idea li l-bnedmin huma vegetarjani minn-natura "m'ghandha l-ebda basi xjentifika", jargumenta l-anatomista u primatologista John McArdle. McArdle, vegetarjan, jghid li l-anotomija tal-bniedem turi li dan hu omnivoru. "Zgur li ahna m'ahniex karnivori, imma ovvjament m'ahniex lanqas vegetarjani stretti." Huwa jkompli jghid li l-fizjologija umana tindika li hi ddisinjata biex tiekol ukoll il-laham specjalment meta tqis l-ammont ta' acidu fl-istonku taghna, xi haga li ma ssibhiex fl-annimali herbivori. Fl-istess waqt il-pankreas umana tipproduci diversi enzimi digestivi biex tkopri diversi tipi ta' ikel kemm haxix kif ukoll laham.

"Waqt li l-bnedmin ghandhom intestini itwal minn dawk ta' l-annimali karnivori, dawn m'humiex twal daqs dawk tal-erbivori, lanqas ghandna aktar minn stonku wiehed, - kollox jindika li ahna omnivori u li m'ahniex specjalizzati biex nieklu haxix biss", ikompli McArdle. Jaqbel mieghu ukoll Tom Billings, vegetarjan li jghid li l-vitamain B12 tinsab biss fil-prodotti ta' l-annimali.

Meta wiehed ihares lejn l-istorja, jsib li l-bniedem ilu jiekol il-laham ghal madwar 2 miljun sena, bosta hominids ta' dik l-epoka kienu jieklu dieta varjata li probabilment kienet tinkludi wkoll laham, izda jibqa' l-fatt li uhud mill-ewwel hominids kienu vegetarjani (Australopethicus robustus 2-1.2m.y.a.). Difficli wiehed ipoggi ruhu f'dawk iz-zmienijiet, fejn il-bniedem minghajr armi kien malajr jisfa maqtul ghall-ikel minn annimali ohrajn u b'hekk tasal biex tifhem kif waqt li dan kellu jitghallem jiddefendi ruhu skopra li seta' jiekol l-annimali hu wkoll.

Probabbli, hu veru li l-bnedmin huma minn natura omnivori li jxaqilbu ferm aktar lejn dieta vegetarjana. Izda wara kollox l-ghazla ghal dieta vegetarjana sew jekk hi bbazata fuq konsiderazzjoni ta' anatomija, sew jekk sahha jew konsiderazzjonijiet etici u morali, kif ukoll ambjentali, hi wahda li ilha ppruvata ghal bosta snin. Id-dieta vegetarjana hi wahda approvata mill-kommunita dinjija tas-sahha u ghalhekk jidher li l-bniedem modern ghandu ghazla quddiemu, bejn dieta li bbazata fuq is-supremazija umana, vjolenti, u krudila u dik konxja u li toffri l-bniedem li jiftah qalbu ghall-kreaturi kollha. L-ghazla ta' dieta vegetarjana fuq principji etici u morali ghandha tgholli u ssebbah l-valuri li jaghmlu l-bniedem 'il fuq mill-annimali l-ohra.

(Fil-parti l-kbira, mehud minn artiklu fil-magazin E, Jan/Frar 02, p.33 miktub minn Sally Deneen ) (Photocopy of the orignal is available for English readers)



« Lura ghall-Artikli