Home  |  Contact us     
Home
Welcome Note
About the Society
Events
Literature
Articles
Recipes
Leave Your Thoughts
Contact Us
Memberships
Links


L-Ewwel Ikel

ta' John Darmanin

Agrikultura sostenibbli tista’ titma lid-dinja kollha imma ma tistax taghti l-petrol lill-karozzi taghna.

L-iskarsezza u l-gholi tal-fuels qed iggieghel lill-bniedem ifittex sorsi ohra ta’ energija. Sfortunatament il-bniedem jista’ jdur ghall-prodotti agrikoli bhac-cereali biex jaqlibhom fi fuel. Dan huwa disastru ghall-umanità u ghad-dinja.

Iz-zejt tal-ikel maghmul mill-pjanti jinbiegh orhos fis-supermarkets milli kieku kellu jinbiegh ghall-fuel. Ghalhekk qed isir jaqbel aktar ghall-bdiewa li jkabbru c-cereali ghall-fuel milli ghall-ikel. Din is-sejba qed tqieghed is-sigurtà tal-ikel fid-dinja f’riskju kbir. Kawza ta’ dan diga ghola l-prezz tal-qamh u jekk nibqghu sejrin hekk, il-hobz li nieklu ser isir iktar ghali mill-petrol!

Il-petrol mill-pjanti mhux is-soluzzjoni biex nikkombattu t-tibdil fil-klima kif qed jipproponu bosta biex jiggustifikaw dan. Apparentament wiehed jista’ jirraguna li meta jintuza dan il-fuel, ma nkunux qed inzidu l-carbon dioxide fl-atmosfera billi dan ikun ittiehed qabel mill-pjanta stess. Imma din mhix il-verità kollha ghax fl-ipprocessar kollu minn qabel ma jinzera’ sa meta jasal fil-pompa tal-petrol jintuza hafna fuel iehor. Ghalhekk il-bilanc tal-emmissjonijiet jispicca wiehed negattiv. Dan il-koncett ma jikkalkolax ukoll il-possibiltajiet tat-tnaqqis ta’ produzzjoni agrikola li tigri minnhabba tibil fit-temp u anke minhabba it-tibdil previst fil-klima globali u l-effett tal-monokultura.

Prezzijiet baxxi tal-ikel jahbu l-veru prezz ta’ l-effetti hziena mitfugha fuq pajjizi aktar fqar

L-industrija tal-ikel hija l-akbar konsumatur tal-energija fid-dinja, l-aktar fl-industrija tal-laham. Dan minhabba l-produzzjoni tal-fertilizzanti, pesticidi u kimici ohra li jintuzaw, makkinarju, tisqija, processar u iffrizar u trasport, kollha jiddependu serjament fuq l-uzu tal-fuels. Fl-Unjoni Ewropeja, ammont kbir ta’ ikel importat ghall-bhejjem, kif ukoll irziezet specjalizzati u ipprocessar soffistikat tal-ikel ghandhom bzonn ammonti kbar ta’ energija. L-energija li tinhela fit-trasport tal-ikel tista’ titnaqqas biss jekk l-ikel jinhadem u jinbiegh fil-vicin ta’ fejn jitkabbar flok ma jigi trasportat mijiet u eluf ta’ kilometri. Biex isir dan l-ipprocessar lokali jew regjonali jinhtiegu aktar art agrikola fejn jitkabbru l-pjanti ghall-ikel, imma din il-possibiltà qed tkun mhedda mill-uzu tal-pjanti ghall-fuel.

Produzzjoni sostenibbli tal-ikel

Din l-ideja tal-produzzjoni tal-fuel mill-pjanti hi l-mera ta’ agrikoltura li mhix sostenibbli. Il-prezzijiet baxxi ta’ l-ikel fis-suq huma ibbazati fuq agrikoltura li taghmel hsara lill-ambjent u titfa’ l-izvantaggi socjali taghha fuq il-pajjizi fqar tat-tielet dinja minn fejn jigi impurtat hafna mill-ikel u l-gwiez tal-annimali. Il-prodotti organici huma ferm aktar ghaljin minn l-ohrajn mkabbra b’sistemi ta’ biedja intensiva. Dan ghax ghalkemm il-produzzjoni organika tuza bejn 30% -50% anqas fuel, u b’hekk taghmel anqas hsara ambjentali, taghti kaz ukoll il-protezzjoni tal-biodiversita, it-tniggis ta’ l-ilma u l-hamrija fost hwejjeg ohra. Dan ifisser li l-agrikoltura organika tuza aktar xoghol tal-idejn, u ghandha bzonn aktar spazju biex tahdem u l-prezz relattivament oghla jirrifletti l-prezz gust u attwali, ta’ agrikoltura sostenibbli li thares l-ambjent.

Diforestazzjoni biex insuqu l-karozzi

Malajr il-bniedem jespandi din l-ideja u jdur lejn il-foresti tropikali biex jibdilhom f’agrikoltura biex tipproduci dawn il-bio-fuels. Il-Malasja ser tipproduci 5 miljun tunnellata ta’ palm oil fis-sena, waqt li bejn l985 u sena 2000 il-palm oil kien il-kawza ta’ 87% ta’ diforestazzjoni. Madwar 6 miljun ettaru ta’ foresti tropikali fil-Malasja u 16.5 miljun ettaru fl-Indonezja ser jitqacctu biex jitkabbar il-palm oil. Fil-Brazil ammont sostanzjali ta’ foresti tropikali diga gew mibdula fil-ghelieqi ghall-produzzjoni tas-soyabeans u zokkor biex jinbighu ghall-fuel. Il-Brazil juza 40% tal-fuel tieghu mill-pjanti. Ghalkemm li l-Brazil mistenni jnaqqas l-emmissjonijiet mill-karozzi, 80% tal-gassijiet greenhouse gejjin mid-diforestazzjoni tal-foresti tieghu.

Ikel ghall-umanità jew fuel ghall-karozzi

Dan il-boom fl-ipprocessar tal-fuel ghall-karozzi qed johloq kompetizzjoni ingusta bejn it-800 miljun sid ta’ karozza fid-dinja u 2 biljuni nies foqra taht il-poverty line. Dan ifisser li l-maggoranza tas-sewwieqa ser ikunu jistghu jixtru l-fuel u ikel, waqt li l-maggoranza tal-foqra fid-dinja ser ikollhom anqas u anqas x’jieklu. Istati Uniti ta’ l-Amerika qed tinvesti biljuni f’distillaturi biex jaqilbu l-pjanti fil-fuel. Wiehed minn sitta tal-produzzjoni tal-qamh fl-Amerka qed imur ghal produzzjoni tal-fuel. Madwar id-dinja diga qed tinstema’ l-ghajta li l-provvisti tal-ikel ser jonqsu sew jekk dawn se jikkompetu mal-produzzjoni tal-fuel mill-pjanti.

Il-kilba ghall-energija qed iccahhad id-dritt ghall-ikel

Aktar ma jghaddi iz-zmien aktar qed tizdied id-domanda ghall-energija. Din hi kawza tal-ekonomija li dejjem trid tizviluppa u tikber aktar. Hawn Malta id-domanda ghall-energija elettrika bejn 1975 u 1995 ikkwadruplikat u bejn 1995 u 2000 regghet irduppjat. Il-pajjizi kbar bhac-cina u l-Indja ghandhom bzonn li dejjem qed jikber ghall-energija. Sa ftit zmien ilu il-pajjizi zviluppati tal-Punent kienu jikkunsmaw 80% tal-energija fid-dinja meta dawn ghandhom biss 20% tal-popolazzjoni tad-dinja. It-80% tal-popolazzjoni tad-dinja kienet tghaddi b’20% tal-energija. Hawn ta’ min jghid ukoll li parti kbira tal-energija tal-Punent tinhela fil-pruduzzjoni tal-laham minhabba li dan jahli 10 darbiet aktar energija mill-pjanti biex jasal ghandna. Ghalhekk strategija biex tizgura l-provvista tal-ikel trid thares lejn dan l-izbilanc ukoll. Id-domanda ghall-fuel mill-pjanti qed tikkomplika sitwazzjoni li diga qieghda hazina u tkompli iggib fil-periklu l-provista tal-ikel fid-dinja specjalment fil-pajjizi foqra li mistennija jipproducu fuel ghall-karozzi tal-pajjizi sinjuri waqt li huma jbatu bil-guh.

Fejn sejra l-umanità?

Il-valur tal-ghajxien qed jigi mminat mill-girja wara l-lussu. L-ikel tal-laham qed isir dejjem inqas sostenibbli ghax issa se jikkompeti direttament mal-bio-fuel. Ghalhekk jekk il-pjanti jinzerghu ghall-fuel flok il-gwiez, l-industrija tal-laham ikollha fuel bizzejjed forsi, imma jonqos l-ikel ghall-bhejjem! Mill-banda l-ohra jekk ikollha ikel ghall-bhejjem ma jkollhix fuel biex tipprocessa l-laham. Din hi d-dilemma li jridu jiffaccjaw il-pajjizi fejn jittiekel hafna laham. Sa dan it-tant il-haxix, ic-cereali, il-frott jistghu kollha jitkabbru vicin fejn jinbighu minghajr il-bzonn ta’ processi fit-tul, b’hekk il-provvista tal-ikel ma tkunx tiddependi fuq l-uzu tal-fuels. Barra minn dan, illum huwa ppruvat li bl-istess rizorsi ta’ art tista’ titma’ ferm aktar nies fuq dieta vegetarjana tajba, milli b’dieta omnivora. Però anke dan il-possibiltà hija mhedda minn din il-kompetizzjoni gdida ghall-energija mill-pjanti, kemm mill-bio-fuels kif ukoll miz-zieda fil-konsum tal-laham.

Hawn ta’ min isemmi l-kliem mimli gherf ta’ Mahatma Gandhi

There is enough for everyone’s need but not for anyone’s greed!

(Msejjes fuq Position Paper on Food Security and Plant Fuels intitolata Food First mahruga mill-Greens European Free Alliance)



« Lura ghall-artikli