|
Il-Kawza tal-Vegans
minn John Darmanin
John huwa c-Chairperson tal-Ghaqda Vegetarjana ta' Malta.
Ftit ghadek tara rahhala bil-moghoz jew bin-naghag fil-kampanja ghalhekk meta f'daqqa wahda ilmahna wahda mara b'merhla ta' madwar 20 moghoza u naghga it-tifel tieghi beda jiehu r-ritratti. Jien mort inkellimha u qaltli kemm fihom xoghol dawn l-annimali biex tiehu hsiebom sew u kemm tonfqilhom flus fit-tilqim u gwies iehor. Izda jien kelli kurzita kbira dwar mistoqsija li hadd qatt ma kien tani twegiba ghaliha u fost hwejjeg ohra staqsejtha jekk biex tiehu l-halib minnhom dawn l-annimali hux bilfors irid ikollhom il-frieh.
"Dazgur jekk ma jkollhomx frieh ma jkollhomx halib bhalna l-bnedmin" kienet pronta t-twegiba taghha,
"Allura kull kemm ikollhom frieh",
"Trid thalli sena bejn tqala w ohra ghax ma tridx tbazwarhom" qaltli r-rahhala.
"U l-gidi jew il-haruf xi jsir minnu?" , ergajt staqsejt jien,
"Heqq jekk ikun moghza jew naghga nzommuha ghall-halib u jekk ikun ragel inbighuh".
"Ghal-laham!"
"Heqq dazgur!"
Din l-esperjenza qed nirrakontha mhux biex infisser li n-nisa huma forsi aktar iffurtunati mill-irgiel, xejn minn dan, izda biex nesprimi l-punt tal-kawza tal-VEGANS. Dawn il-vegetarjani stretti ma jieklu l-ebda haga li gejja mill-annimali bhal halib, gobon, rikotta, butir u bajd. Ghall-vegans m'hemmx mod iehor kif tghix assolutament minghajr mohqrija hlief hekk.
Il-produzzjoni tal-halib u l-prodotti maghmulin minnu illum jinvolvu stress kbir fuq il-bhejjem tal-halib. Dawn jghaddu minn tqala wara l-ohra u meta jwelldu il-ferh taghhom jitnehha minn ma' ommu f'qasir zmien, biex il-halib li jmissu, jkun jista' jittiehed ghall-uzu tal-bnedmin. Il-baqra tibqa' tipproduci halib ghal ftit xhur biss meta mbaghad wara waqfa qasira din tkun lesta biex terga tibda tqala gdida u b'hekk il-baqra ssir makna tal-halib. Il-baqar tal-halib huma fost l-aktar annimali sfruttati wara t-tigieg li jbidu fil-gageg hekk imsejha battery system. Baqra ddum tipproduci halib ghal-madwar hames jew sitt snin, wara flok tmur bil-pensjoni, tmur ghal qatla wkoll! U bilhaqq, xi jsir mill-ghogol? It-twegiba taghtilna dik ir-rahhala, jekk ikun baqra tinzamm ghall-halib u jekk ikun barri dan jinqatel wara ftit xhur u jinbiegh bhala vitella.
Fl-India fejn il-baqra hi meqjusa omm ghax taghti l-halib minn qalbha u b'rikonoxximent ta' dan hi protetta u l-qtil tal-baqar hu meqjus bhala dnub mid-devoti ta' Krishna, Alla tfajjel li kien rahhal li jirgha merhla baqar, u li kellu mhabba kbira ghall-annimali, kien jghix billi jixrob l-halib tal-baqar.
F'tahdita li ta Shri Dashrathbhal M.Thaker, iddefenda bil-qawwa x-xorb tal-halib tal-baqra li qal li tant hu prezzjuz li dan ma jinbieghx izda jigi biss misluf lil min ghal xi raguni ma jkollux. Il-baqra jhalluha titghammar b'mod naturali minghajr ma tkun sfurzata, u jiehdu biss il-halib zejjed dejjem wara li ghogol taghha jkun xorob bizzejjed hu. Barra minn hekk meta din ma tibqax taghti halib, tithalla tghix sakemm tmut mewta naturali u mhux tinbiegh ghall-qatla bhalma jigri fil-pajjizi l-ohra. B'hekk il-halib mehud ikun misthoqq b'mod naturali.
Waqt li l-baqra hi tant meqjusa tajjeb, mhux car jekk il-barri jissemmix, statistikament 50% tal-ghogiela jkunu barrin, ghalkemm dawn jistghu jintuzaw ghax-xoghol tal-ghelieqi, xorta jibqa' l-fatt li jibqa' hafna barrin bla xoghol u kemm il-pajjiz jaffordja jitma' dawn il-bhejjem ghal xejn hu dubjuz.
Jidher li fl-Indja, hemm ukoll il-water buffalo li jaghti l-halib izda dan ma jgawdix l-istess xorti li tmiss il-baqra indjana fejn hu stmat li madwar 10,000 ghogol ta' dan il-water buffalo imutu bil-guh kull sena f'Bombay biss, minhabba n-nuqqas ta' halib li ovvjament jittiehed ghal-konsum uman! Il-water buffalo wara li tispicca mill-halib tinbiegh ghall-qatla.
Dan l-isfruttar, bla hniena ta' dawn il-bhejjem specjalment fil-Punent, hi raguni bizzejjed ghall-bosta li jsegwu dieta vegan. Id-dieta vegan hija ghazla kemmxejn iebsa u tinhtieg hafna aktar attenzjoni biex din tkun ibbilancjata u adekwata. In-nutrimenti kollha jistghu' jittiehdu mill-haxix hlief zewg vitamini essenzjali, il-vitamina D u B12. Izda dwar dan nitkellmu fil-harga li jmiss.
|