Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Il-kampanja favur il-harsien tal-annimali

Artiklu li qrajt f'gazzetta maltija bl-Ingliz, sewwidli qalbi ghall-ahhar. Kemm hu kapaci jkun kattiv dak il-bniedem li meta z-ziemel tat-tigrija tieghu kieser siequ u waqa', wera l-korla u beda jaghtih bis-sieq fuq is-sieq li kien ghadu kif kiser! Trid tkun bniedem biex tasal taghmel hekk. Dan ifakkarni fix-xoghol volontarju kbir li jaghmlu n-nies li jiehdu hsieb is-santwarji ta' l-annimali, jew li jitimghu l-annimali bil-guh fit-triq. F'pajjiz fejn mohhna biss fina nfusna bhala bnedmin, dawn il-voluntiera ma jsibuhix facli li jaghmlu kampanja favur l-annimali. L-ammont ta' flus li dawn ghandhom bzonn hu kbir u hafna akbar huwa l-bzonn ta' aktar volontiera biex jahdmu. Ma' dawn ta' min japprezza ferm il-grupp muzikali Winter Moods li ddedikaw cd album taghhom ghall-karità ta' l-annimali. Ghandna pjacir nghidu li bosta minn dawn il-volotiera huma vegetarjani, ohrajn jixtiequ jkunu imma ghad ma rnexxielhomx. Lil dawn kollha nawgurawlhom u nappella ghall-generozità taghkom lejn dawn l-ghaqdiet.

Ta' minn jinnota li l-abbandun, is-swat jew krudiltà fuq dawn l-annimali vicin il-bniedem (pets) bil-mod qed tigi meqjusa bhala xi haga hazina u ta' min jistmerrha minna l-Maltin; sahansitra ghandna ligi kontra din il-mohqrija. Imma forsi ftit huma dawk li jirrealizzaw kemm hemm mohqrija ta' l-annimali mohbija fil-hajja taghna. Dak li ovvju ghalina l-vegetarjani - il-mohqrija li hemm fl-ikel tal-laham, bajd u hut huwa normali ghall-kotra l-kbira tan-nies u diversi entitajiet bhall-Knisja. Dak li ovvju ghall-vegan - il-mohqrija ta' l-annimali fil-produzzjoni tal-halib u l-prodotti maghmula minnu, il-battery farming, huma accettati bhala normali kwazi minn kulhadd. Darba vet qaltli li kieku n-nies ikunu jafu dak li jigri fil-biccerija, kieku jsiru vegetarjani. L-istess qal Paul McCartney "if slaughter house had glass walls…" Ftit huma dawk li jassocjaw xi mohqrija ma' l-ilbies tal-gilda - zraben, cinturini, ggieget jew sufani tal-gilda. Jew min jissuspetta li hemm xi mohqrija fil-hwejjeg tas-suf? Ftit huma wkoll dawk in-nies li biss joholmu bil-mohqrija ta' l-annimali li jintuzaw fl-esperimenti medici, jew fl-ittestjar ta' sustanzi bhal fwejjah, kremi, shampoos , toothpaste u kull tip ta' make up (barra dak specifikament mhux ittestjat fuq l-annimali). Forsi wkoll ftit jafu li bosta prodotti li nuzaw bla hsieb bhat-trab jew likwidu tal-hasil, detergenti u disinfettanti, jigu ttestjati fuq l-annimali qabel ma dawn johorgu fis-suq. ma' dawn nistghu nzidu ferm aktar; zjut tal-karozzi, tal-brejkijiet, likwidi biex tillostra. Il-lista ma tispicca qatt. Il-bniedem ghamel mill-annimali oggett industrijali ghall-kumdità, il-gosti u l-profitti finanzjari tieghu.

Qed nikteb dan fil-jum tal-Gimgha l-Kbira, meta fuq ir-Radju ghaddejja diskussjoni dwar it-tbatija, il-kalvarju fil-hajja taghna. Tipprova kemm tipprova tispjega ma ssibx spjegazzjoni ghal din it-tbatija fil-hajja. Biss insibu li nistghu nikkategorizzaw xi ftit. Hemm tbatija mahluqa minn dizastri naturali, li tista' tkun purament naturali jew tista' tkun kagun tal-bidla li ahna l-bnedmin qed ingibu fuq l-ambjent u l-klima tad-dinja bl-istil rovinattiv li nghixu fih. Hemm tbatija u tragedja li l-istil lussuz ta' hajjitna qed igib faqar u mizerja lil diversi popli tat-tielet dinja, billi nisfruttawhom biex jipproducu ikel irhis ghalina biex ahna jkollna x'nahlu! Hemm tbatija li tigi mill-mard li wkoll jista' jkollna sehem fiha bl-istil ta' hajja socjali u l-ghazliet kummercjali taghna. Bizzejjed insemmu l-influwenza tat-tjur. Hemm tbatija gejja minn ingustizzja socjali anki fuq livell individwali, konflitti jew gwerrer. Imbaghad hemm tbatija li forsi mhix tort taghna li dwarha ma nistghu naghmlu xejn hlief li niehdu l-pariri jew il-medicini li jaghtuna t-tobba.

Imma lil hadd ma nisma' jsemmi t-tbatija li ahna l-bnedmin noholqu fuq il-kreaturi l-ohra li maghna suppost li jaqsmu l-gid ta' din il-pjaneta. Ghall-maggoranza tan-nies, kif ukoll entitajiet bhal-Knisja din mhix issue, ghax kif nghidu l-bniedem jigi l-ewwel u qabel kollox! Jaqblilhomjghadduna bhala boloh jew antisocjali,u l-hruxijiet li l-bnedmin jaghmlu fuq l-annimali, jikinsuhom taht it-tapit imma jibqa' l-fatt li dawn kreaturi li jhossu u li Alla sid tal-hlejjaq kollha, ma halaqhomx sempliciment biex jinqatlu. Il-Hallieq tahom id-dinjità fis-semplicità ta' hajjithom, dinjità li ahna qridnilhom billi ghamilnihom oggetti jew strumenti ta' uzu ghalina. Tghid meta nifhmu t-tragedja ingusta li qed noholqu fuq il-kreaturi l-ohra forsi nitfghu xaqq dawl fuq it-tbatijiet taghna?

Dawn il-kreaturi qatt ma ser nisimghuhom jiddiskutu fuq ir-radju jew mhux ser itellghuna l-qorti internazzjonli, ghalhekk ahna rridu nkunu lehinhom.Napprezzaw ix-xoghol ta' l-ghaqdiet li b'diffikulta u kontra kull kurrent jaghtu lehen lill-kreaturi l-ohra u jwasslu l-karbiet taghhom f'widnejna.



« Lura ghall-Artikli