Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Il-Harir

Il-hwejjeg maghmulin mill-harir huma verament sbieh u l-kwalitą tispikka fuq l-ohrajn. Nahseb kulhadd jaf li l-harir jigi mid-dudu (xghat) li jghix u jiekol il-weraq tac-cawsli sakemm dan jitrasforma ruhu f'bahrija sabieha. Ic-Cinizi skoprew li dan ix-xghat jaghmel pupa tal-hajt tal-harir li jista' jigi minsug f' drapp sabih madwar 5000 sena ilu u minn dak iz-zmien sal-lum l-ispeci selvagga inqerdet ghall-kollox u tnisslet bahrija li ma ttirx. It-tkabbir ta' dawn ix-xghat saret industrija li tirrendi f'diversi pajjizi l-aktar ic-Cina, Gappun, l-Indja, l-Italja u pajjizi ohra.

Bhal kull xghat iehor dan jaghmel pupa biex jitgezwer fiha sabiex isir bahrija. Il-valur jinsab propju f'din il-pupa tal-harir, ghax tikkonsisti f'hajta twila ferm ta' harir irqieq. Forsi ftit huma dawk in-nies li jafu dwar il-process ta'x'jigri minn dan ix-xghat.

Il-process jibda billi l-mara tbid madwar 400 bajda u wara, din tigi mghaffga jew midhuna biex tigi analizzata ghal xi mard li jista' jaffettwa din il-minjira tal-harir. Il-bahrijiet irgiel wara li jghammru jintrefghu f'post kiesah biex iservu biex ghal darb' ohra. Il-bajd jitqieghdu f'inkubaturi apposta u wara ghaxart ijiem dawn ifaqqsu u jsiru xghat. Dan iqatta' sitt gimghat jiekol weraq tac-cawsli biex jikber u l-piz tieghu isir eluf ta' drabi aktar minn dak li jkun twieled bih. Meta jkun sar dudu gmielu ikun wasal il-waqt biex jaghmel dil-bidla meraviljuza. . Waqt li johloq likwidu li kif jara l-arja isir harir, id-dudu jibda jdur u jaqghad biex jitkebbeb f'dan il-hajt. Maghluq hemm gew idum 16-il jum jinbidel, imbaghad johrog bahrija, jiftah il-gwienah sbieh u jtir!

Hawn hu l-gwaj! Huwa u hiereg minn fosqda jqatta' l-hajt tal-harir ghad-dannu ta' dawk li jrabbuh ghall-harir. L-unikia soluzzjoni hi li dawn id-dud jinqatlu qabel ma johorgu billi jitghallew jew jinharqu fi fran apposta. Billjuni ta' dud tal-harir jispiccaw brutalment maqtula biex ikun jista' jinhall il-harir sabiex jigi minsug.

Harir Gdid
L-Ahimsa Peace Silk huwa harir Indjan maghmul b'kuxjenza ferm akbar. Dan jigi minn tip ta' bahrija li tghix fis-selvagg u tohrog mill-fosqda meta jaslu l-monsoons. Din il-bahrija ma jirnexxilhomx irabbuha fit-tilari u ghalhekk ikollhom ihalluha fl-ambjent naturali taghha. Dan il-harir jittiehed minn fosqdi vojta wara li l-bahrija tkun harget u taret ghalhekk il-bahrija ma tinqatilx.

Il-harir ikun maqtugh izda dan jerga jigi mibrum f'hajta twila bl-insig bhalma jsir bit-tajjar jew bis-suf.

Il-mohh wara din l-idustrija gdida hi s-Sinjura Maneka Gandhi ex-ministru tal-Gvern Indian li tahdem bla heda favur l-annimali kbar u zghar. Din l-industrija hija wahda sostenibbli minhabba li l-bahrija tghix fuq is-sigar tar-riegnu u l-ballut b'hekk qed tinghata spinta lit-tkabbir ta' dawn is-sigar u qed tohloq impieg ghal bosta nissiega, artisti, u kultivaturi fil-kampanja fost nuqqas kbir ta' xoghol.

Il-firxa qieghda dejjem tikber bi produzzjoni ta' xallel, stoli, ingravati, u bosta hwejjeg sbieh ohra. Min irid aktar informazzjoni jista' jzur dan indirizz tal-internet ahimsapeacesilk.com.

Jghidu li dan il-harir hu aqwa minn dak tradizzjonali fis-sahha u jzomm il-leqqizza tieghu ferm aktar peress li ma fihx kimici artificjali.

(Addattat u maqlub ghall-Malti minn artiklu fil-magazin VIVA autumn/winter 2005).



« Lura ghall-Artikli