Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Il-Beneficcji tal-Faqqiegh

Il-faqqiegh matul iz-zmien
Il-faqqiegh ilu jigi uzat ghal eluf ta' snin, kemm bhala ikel, kif ukoll ghal uzu medicinali. Il-faqqiegh jigi spiss ikklassifikat bhala haxixa jew hxejjex aromatici, izda l-faqqiegh huwa 'fungi'. L-istudjuzi kklassifikaw l'fuq minn erbatax il-elf tip ta' faqqiegh. Minn din il-kwantita', 3,000 huma tajbin ghall-ikel, 700 ghandhom uzu medicinali u kwantita' minima (madwar 1%) huma velenuzi.

Jekk inharsu lejn l-istorja tad-dinja, kulturi differenti kienu jqisu l-faqqiegh b'mod differenti. Il-Griegi kienu jemmnu li l-faqqiegh jaghti s-sahha lil dawk li jiggieldu fil-gwerra. Ir-Rumani kienu jqisu l-faqqiegh bhala rigal minghand l-alla taghhom u ghaldaqstant kienu jiekluh f'okkazzjonijiet specjali, waqt li c-Cinizi kienu jharsu lejn il-faqqiegh minn lat nutrizzjonali.

Illum il-gurnata, l-faqqiegh huwa maghruf ghat-toghma u texture partikolari tieghu. Dan minhabba l-fatt li l-faqqiegh jista' jigi nkluz biex jaghti t-toghma tieghu lill-ikel, kif ukoll biex jiehu t-toghma ta' ingredjenti ohra. It-toghma ssir iktar qawwijja waqt it-tisjir, imma t-texture tieghu jibqa' l-istess, anki meta jintuzaw metodi differenti ta' tisjir.

Taghrif nutrizzjonali
IL-faqqiegh ghandu madwar 80-90 % minnu ilma, u ghandu ammont zghir ta' kaloriji (madwar 100cal/oz). Il-livelli ta' melh u xaham huma baxxi hafna, u 8-10% mill-piz niexef huwa fibra. Ghaldaqstant, il-faqqiegh huwa ideali ghal dawk in-nies li qed isegwu programm tad-dieta.

Il-faqqiegh huwa sors tajjeb hafna tal-'potassium', mineral importanti li jghin biex titbaxxa' l-pressjoni u anki biex tnaqqas ir-riskju ta' puplesija. Barra minn hekk, il-'potassium' jibbilancja l-ilma u l-actu fid-demm u huwa wkoll importanti biex il-gisem jibni l-muskoli u jimmetabolizza l-protejini u l-karbojdrati. Il-'potassium' insibuh f'bosta hxejjex u frott, bhal: pizelli, tadam, patata, hass, kabocci, laring, lumi, banana, ciprisk, bettieh, frott imnixxef u 'nuts'.

Barra l-'potassium', il-faqqiegh huwa wkoll sors ta' 'copper', mineral necessarju, li flimkien mal-hadid, jghin biex johloq il-'hemoglobin' fid-demm. Ghaldaqstant, il-'copper' jghin fil-protezzjoni tas-sistema kardjo-vaskulari billi jzomm kemm il-vini kif ukoll in-nervituri b'sahhithom. Il-'copper' ghandu funzjoni ohra, dik li jsahhah l-ghadam. Barra mill-faqqiegh, il-presenza tal-'copper' insibuha f'dawn il-hxejjex u frott: fazola, patata, 'nuts' (specjalment brazil u cashew nuts), pruna, hmira, bzar iswed, banana, cicri, passolina u 'sunflower seeds'.

Fil-faqqiegh insibu wkoll ir-'riboflavin' (Vitamina B2), 'niacin' u 'selenium'. Ilkoll ghandhom funzjoni mportanti fil-gisem. Il-vitamina B12 hija bzonnjuza biex il-gisem juza l-ossignu u ghall-metabolizmu tal-'amino acids', 'fatty acids' u karbojidrati. Barra li tipproduci l-energija ghall-gisem, il-vitamina B12 ghandha wkoll il-funzjoni ta' 'antioxidant'. Din il-vitamina hija wzata wkoll biex jinholqu c-celluli l-homor u ghall-produzzjoni tal-'antibodies'. Ir-'riboflavin' ma nsibuhx f'hafna ikel. Apparti l-faqqiegh, il-vitamina B12 nistghu nsibuha f'haxix ahdar bhal brokkoli, spinaci u 'brussel sprouts', hmira, halib u bajd, lewz u mizjuda fic-cereali u qamh.

In-'niacin', maghruf wkoll bhala l-Vitamina B6, jghin fil-funzjoni tas-sistema digestiva, nervituri u l-gilda. Din il-vitmaina hija wkoll importanti ghall-metabolizmu tal-proteini, karboidrati u xahmijiet. Barra fil-faqqiegh, ir-'riboflavin' insibuh f'cereali, 'nuts', zerriegha, haxix ahdar bhal spinaci u halib.

Is-'selenium' huwa 'antioxidant' li, flimkien mal-vitamina E, jipprotegi c-celluli mill-effetti tal-'free radicals', effetti li jaghmlu hsara lic-celluli. Certi studji urew li rgiel li hadu d-doppju tal-RDI (reccomended daily intake) tas-'selenium' naqqsu r-riskju ta' kancer fil-prostata b'65%. Studji ohra wrew li l-konsum tal-faqqiegh, barra li jnaqqas ir-riskju ta' kancer fil-prostata, inaqqas ukoll ir-riskju ta' kancer tas-sider. Pero, minhabba li mhux l-istudji kollha waslu ghal dawn il-konkluzjonijiet, hemm studji ohra ghaddejin biex jistabbilixxu x'inhi ezattament ir-rabta bejn is-selenium u r-rata tal-kancer. Is-'selenium' jinstab ukoll fil-'Brazil nuts', ross, bajd, 'oatmeal', u 'whole grains'.

Artiklu adattat u maqlub ghall-Malti minn
www.vegetarian-nutrition.info/updates/mighty-mushrooms.php



« Lura ghall-Artikli