Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Il-Vegetarjanizmu, L-Ambjent u L-Etika

minn John Darmanin
John huwa c-Chairperson tal-Ghaqda Vegetarjana ta' Malta.

"Xejn ma jkun ta' beneficcju ghas-sahha tal-bniedem jew li jzid ic-cans li tkun salvata l-hajja fuq din id-dinja, daqs kemm tkun bidla ghall-dieta vegetarjana." Albert Einstein.

Hekk beda it-tahdita tieghu Hebbelink li ghalih it-tlitt aspetti tal-vegetarjanizmu huma kollha importanti u konsistenti bejnithom. Hu kompla jghid li Leo Tolstoy (1828-1910) kien sar vegetarjan meta rrealizza li r-rifjut li tiekol laham kien l-ewwel pass li bniedem ghandu jiehu biex isib il-perfezzjoni morali. Tolstoy kien wiehed mill-ewwel nies li bassar ukoll li l-industria tal-laham ser tohloq krizi ekologika. Din il-krizi li ghalina l-pajjizi zviluppati ma tantx tidher izda dan ghax qed ibatu ghaliha il-pajjizi fqar! Kif?

Il-produzzjoni tal-laham tespandi hafna l-kummerc agrikolu u tiggenera aktar flus ghax tikkonsma kwantita kbira ta' hxejjex u b'hekk il-gvernijiet Ewropej jissussidjaw bil-qawwa l-produtturi tal-laham u tal-gwiez. Fl-1990 il-produtturi ta' l-annimali hadu 100 biljun Euro. L-ebda komunita' wahda ma qatt hadet dan l-ammont ta' flus. B'hekk fis-suq ikun hawn tant ammont kbir ta' prodotti tal-laham b'irhis li jibqa' hafna zejjed li jinbiegh b'irhis lill-pajjizi anqas zviluppati, fejn il-bdiewa lokali ma jkunux jistghu jikkompetu. Dan jikkawza dannu ghall-agrikoltura lokali ta' dawn il-pajjizi fqar. Hawn, il-bdiewa jkollhom ibighu l-art taghhom b'irhis lil sidien barranin biex ikabbru qmugh ghall-pajjizi sinjuri.

Fatti li ghandhom jinkwetaw lill-kullhadd huma li l-konsum tal-laham f'dawn l-ahhar snin kiber immens. Fl-1997 lahaq il 211-il miljiun tunnellata; hames darbiet dik fl-1950. Meta tqis li kontinwament hawn madwar 5 biljun baqra, hniezer, nghag u mghoz flimkien ma' 13-il billjun tigiega, li kieku kellu jigi xi aljen minn xi pjaneta ohra jikkonkludi li l-baqar u t-tigieg huma l-aktar specI tal-annimali abbondanti fuq din il-pjaneta.

70 fil-mija ta' dan il-laham imur ghall-Istati Uniti, Unjoni Ewropeja, Cina u l-Brazil. Fl-aktar 5 pajjizi popolati u sinjuri fid-dinja, kull bniedem jikkonsma minn 40kg laham fis-sena (fil-Gappun) sa 123kg (fl-Istati Uniti), kull sena. Il-5 l-ohra l-Indonesia, Bangladesh, Pakistan, India, Nigerja, kull bniedem jkkonsuma 5 kg laham fis-sena. Ghalhekk kull persuna f'dawk il-pajjizi sinjuri jikkunsma madwar 800kg/sena qmugh f'forom diversi ta' laham.

Meta d-Danimarka titma 82% tal-qmugh lill-bhejjem u l-UE 67% dawn lanqas iservuhom u jkollhom jimpurtaw aktar qamgh bi rhis mill-pajjizi l-fqar. Fl-1988 kien hemm $43 billjun aktar transferiment ta' kapital mill-pajjizi inqas zviluppati lejn pajjizi zviluppati tan-Nord. Dan ifisser li waqt li jidher li l-pajjizi sinjuri qed jghinu lil dawk fqar, meta wiehed jezamina l-fatti jsibhom bil-maqlub.

Bosta nies f'dawn il-pajjizi jiddiependu ghall-ghixien taghhom fuq ir-rizorsi ambjentali taghhom, mill-frott naturali u sostenibbli tal-foresti u l-hamrija taghhom. Meta jkunu sfurzati biex jipproducu ikel differenti skond il-bzonn tal-pajjizi tan-Nord, jinbieghu bi prezz baxx, waqt li jkollhom jixtru wkoll, fertilizzanti u pesticidi biex isostnu l-produzzjoni. Kumpaniji multinazzjonali kbar, waqqfu fabbriki fl-Amazonja biex jipprocessaw 5000 sigra kuljum ghall-esportazzjoni, u biex jaghmlu c-charcoal sabiex idewwbu l-hadid u jesportawh lill-Gappun biex jinbnew il-karozzi. Eluf ta' baqar hadu post is-sigar, imma dawn huma ghall-esportazzjoni waqt li hafna nies jibqu' bil-guh iharsu lejn arthom tigi misruqa. Biex isir dan l-izvilupp, il-Brazil tant kellu jissellef flus li l-qligh li jaghmel minn dawn l-industriji jmur kollu biex jithallas l-imghax tad-dejn.

Ghalhekk hemm raguni etika importanti ghax ghandu jitnaqqas l-ikel tal-laham, biex jibqa' ikel ghal dawn in-nies. Fid-dinja tal-lum ghadhom imutu bil-guh 12- il miljun tifel u tifla.

Bla dubju, ahna resposabbli wkoll ghal dak li qed jigri fid-dinja tal-ikel, ghandna parti mill-htija ta' dawn in-nies imutu bil-guh, mhux bizzejjed li kultant nghtu ftit flus karita': irridu nirrealizzaw li l-ikel tal-laham u l-hajja konsumista taghna qed tikkontribwixxi ghall-faqar ta' haddiehor. Il-hajja lussuza taghna hi possibbli biss ghax naghmlu parti minn dawk il-25% tal-popolazzjoni tad-dinja li jikkunsmaw 80% tar-rizorsi tad-dinja. Ma tridx tkun xi professur biex tinduna li din is-sitwazzjoni mhix gusta.

Dawn kienu siltiet minn lecture ta' Prof. Marcell Hebbelink, kitbiet minn Tony Wardle tal-VIVA u minn Global Environmental issues ta' Paul M.Smith u Kiki Warr.



« Lura ghall-Artikli