|
Id-Dieta Vegan
minn John Darmanin
John huwa c-Chairperson tal-Ghaqda Vegetarjana ta' Malta.
Fl-ahhar harga tkellimna dwar il-kawza tal-vegans u ghaliex dawn jastjenu anke minn prodotti tal-halib u bajd. Fil-fatt dawn ma jiehdu xejn li gej mill-annimali u minhabba f' hekk jista' jkun hemm xi problemi li l-vegetarjani l-ohra m'ghandhomx.
Hemm zewg vitamini essenzjali li ma jezistux fil-haxix u dawn huma il-vitamina D u l-vitamina B 12 waqt li jinsabu kemm fil-laham, hut, fil-halib, gobon u fil-bajd. Il-vegan irid ikun cert li jinkludi ammont bizzejjed minn dawn il-vitamini fid-dieta tieghu.
Il-vitamina D hi vitamina fat-soluble u ghalhekk il-gisem jistorjaha meta jkollu zzejjed biex tintuza meta jhoss in-nuqqas. Il-vitamina D tikkontrolla l-bini ta' l-ghadam u l-assorbiment tal-kalcjum u l-fosfru. Tghin fil-kontrol tac-caqliq tal-kalcjum bejn l-ghadam u d-demm u nuqqas ta' din il-vitamina fit-tfal zghar tikkaguna diformazzjoni fl-ghadam (rickets) waqt li fil-kbar tikkaguna rtubija fl-ghadam (osteomalacia). Ghalkemm il-vitamina D tinstab fil-prodotti ta' l-annimali, l-akbar sors ta' din il-vitamina jigi mill-effett tar-raggi UV B fuq il-gilda, u minhabba f'hekk tinstab nieqsa f'persuni li jghixu fil-pajjizi tat-Tramuntana, tant li l-awtoritajiet tal-ikel jordnaw li din il-vitamina tkun mizjuda ma' certi ikel bhall-margerin. Il-vegans li jghixu fil-pajjizi aktar l-isfel mil-latitudni 50 ghandhom xemx bizzejjed biex jiehdu din il-vitamina waqt li dawk li jghixu aktar 'l fuq, kemm jekk huma omnivori, sew jekk vegans, ikollhom jiehduha b'mod supplimentari. Anzjani li joqghodu kwazi dejjem gewwa, wkoll jistghu jbatu minn nuqqas ta' din il-vitamina.Izda madwar il-Mediterran kwarta kuljum fix-xemx fuq l-idejn (m'hemmx ghalfejn tmur tixxemmex) tohloq bizzejjed vitamina biex isservi wkoll ghax-xhur tax-xitwa. Ghalhekk normalment il-vegans tal- Mediterran m'ghandhomx ikollhom problemi.
Fil-pajjizi tat-Tramuntana bhall-Ingilterra l-ommijiet, irrispettivament mid-dieta, jiehdu supplimenti ta' din il-vitamina kemm fit-tqala kif ukoll waqt li jkunu jreddu t-trabi taghhom. Waqt li huwa importanti li naraw li tfal jiehdu din il-vitamina biex jikbru b'ghadam b'sahhtu, fil-pajjizi tat-Tramuntana il-mard relatat man-nuqqas huwa rari ferm kemm fil-vegans tfal kif ukoll fil-kbar.
Forsi l-akbar ugigh ta' ras ghall-vegans hi l-vitamin B 12 u bir-ragun kollu, ghax din ma tistax tittiehed b'mod "naturali" jekk mhux mill-prodotti tal-laham, halib jew bajd. Din il-vitamina hi grupp ta' sustanzi maghrufa bhala cobalamins u meqjusa unika ghax tigi sintesizzata biss minn certi bakterji anke dik li tinsab fil-laham; u ta' min jghid li tisjir fit-tul, anke tgholija tal-halib jiddistruggi l-B12.
Il-bakterji li jipproducu l-B12 jinsabu fl-ilma tax-xmajjar, fil-hamrija u whud minnhom jinsabu go l-imsaren ta' bosta annimali fosthom il-bnedmin. Il-bakterji fl-imsaren mhux dejjem jipproducu B12 bizzejjed, jew din ma tkunx tista' tigi assorbita kollha fil-gisem u ghal daqstant hadd m'ghandu jserrah rasu li ghandu produzzjoni ta' B12 bizzejjed fi msarnu. Fl-istess waqt id-disinfettar tal-ilma tax-xorb bil-klorin kif ukoll s-isterilizzar tal-hamrija fl-agrikoltura joqtol dawn il-bakterji li jipproducu l-B12.
Il-gisem jassorbi din il-vitamina essenzjalissma, bi processi kumplessi hafna li jibda bit-tahlit ta' l-ikel mas-saliva fil-halq u wara tingarr fid-demm permezz ta' vitamini ohra. Il-B12 hi bzonnjuza, flimkien ma' vitamina ohra l-folate li tinsab fil-haxix. Imbaghad din il-vitamina titwassal fic-celluli tal-gisem biex dawn ikun jistghu jirriproducu. L-aktar cellulli li jkollhom bzonn din il-vitamina huma dawk tad-demm u minghajrha, ic-cellulli homor isiru diformati u b'hekk tinholoq il-marda msejha megaloblastic jew pernicious anaemia li ghandha konsegwenzi koroh fuq is-sahha tal-bniedem fosthom hsara fis-sistema nervuza li tista' tkun irriversibbli. Ta' min jghid ukoll li din il-kundizzjoni tista' tigi wkoll bin-nuqqas ta' folate jew folic acid anke jekk ikun hemm B12 bizzejjed.
In-nuqqas tal-B 12 jista' jkun kagun ukoll ta' mard tal-qalb, ghax jekk il-folate ma jkunx imqabbel ma' l-ammont ta' B12 jista' jghola l-ammont ta'homocysteine sustanaza meqjusa tossika fid-demm u li ghandha effett hazin fuq il-qalb.
Mhux kulhadd jassorbi din il-vitamina bl-istess efficjenza.
Ghalhekk hemm zewg ragunijiet ghala jigi n-nuqqas ta' B12 : (1) in-nuqqas propju ta' din il-vitamina mill-ikel u (2) nuqqas ta' assorbiment bizzejjed. Fl-ewwel kaz, meta jkun hemm nuqqas nuttrittiv, l-effett jista' jdum ma jitfacca ghal bosta snin minhabba li l-gisem jistorja ammont sufficjenti fil-fwied u fil-kliewi li jaghmlu tajjeb ghal certu nuqqas. Fit-tieni kaz, meta l-gisem ghal xi raguni medika ma jkunx jista' jassorbiha fl-ammont necessarju, l-effett tan-nuqqas jitfacca f'anqas minn 3 snin. Il-kura fil-pront b' dozi tal-vitamina fuq pariri medici ssolvi n-nuqqas tal-B12.
Kien hemm zmien li kienu jahsbu li prodotti ffermentati tas-soya bhal-tempeh, miso, tamari, kif ukoll seaweeds bhan nori u spirulina, kien fihom din il-vitamina. Izda sar maghruf li dan mhux minnu. Mhux talli hekk, instab li dawn il-prodotti fihom sustanzi li jixbhu sew lill-B12 u ghalhekk imsejjhin B12 analogues izda li ma jiswew xejn flok il-B12. Mhux talli hekk, izda talli l-gisem ma jaghrafhomx u b'hekk jikkompetu mal-vitamina genwina li tispicca tinhela. Ghalhekk dawn, f'dan ir-rigward, jistghu jaghmlu aktar deni milli gid jekk jittiehdu fi kwantitajiet kbar. Illum l-ghaqdiet vegetarjani u vegans kollha jemfasizzaw dawn il fatti mhux biex ibezzghu izda biex jghallmu l-verita u jsos-tnu li l-ebda ikel tal-hxejjex m' hu sors affidabbli tal-vitamina B 12.
Waqt li l-vegetarjani li jiehdu halib u bajd u gobon ma jidhirx li ghandhom problemi, l-vegans iridu jiehdu din il-vitamina b'mod supplimentari. Barra jinsabu ghall-bejgh prodotti ta' l-ikel ghall-vegans bhal margerin, halib tas-soya, yeast extracts mizjuda bil-B12. Bosta cereali li nsibu ghall-bejgh fihom il-B12 mizjuda. Hawn wiehed ghandu dejjem jaqra t-tabella fuq il-pakket. Biex wiehed ikun cert izda li qed jiehu ammont necessarju m'hemmx ahjar minn supplimenti forma ta' pilloli.
Il-bzonn tal-vitamina B12 jizdied meta wiehed jibda' jikber fl-eta' minhabba li l-gisem jitlef xi ftit mill-efficjenza li jassorbi s-sustanzi. L-ommijiet fit-tqala u waqt li jkunu qed ireddu t-tarbija taghhom ikollhom bzonn aktar minn din il-vitamina biex jizguraw li hemm bizzejjed fil-halib.
Il-Pozittiv
S'issa donna smajna wisq negattiv dwar id-dieta vegan, ghalhekk xieraq li nishqu fuq dak li hu pozittiv. Id-dieta vegan hi favorita minn hafna dieticians ta' fama kbira fosthom Virginia Messina, Ruth Heindrich u diversti tobba u specjalisti fosthom Dr Gill Langley, Dr Micheal Klaper, Dr Donald Campbell, Dr Dean Ornish u Dr. John McDougall Dr. Neal Bernard u tant ohrajn. Dawn huma nies kwalifikati altru minn bizzejjed biex jispiraw fiducja f'dak li jghidu.
Id-dieta vegan hi potenzjalment l-ahjar dieta, ghax illum sar maghruf li mhux kull min jixrob hafna halib ma jbatix minn osteoporosi, anzi hemm indikazzjonijiet bil-maqlub; il-halib jista' jikkawza allergiji, u barra min hekk persentagg sostanzjali ta' persuni ma jittollerawx il-halib. Id-dibattitu dwar liema hi l-aqwa dieta ma jispicca qatt. Dawk li jsostnu li d-dieta vegan hi l-ahjar, iwissu wkoll biex il-vegans ma jmorrux fuq l-estrem l-iehor, dak li ma jehdux nutrienti mehtiega u essenzjali ghas-sahha ghax inkella mhux biss jaghmlu hsara lilhom infushom u hafna drabi jaqtghu qalbhom u jduru ghal-laham, izda jitfghu dell ikrah fuq id-dieta u dawk li jpproponuha.
Ghaldaqstant Id-dieta vegan titlob attenzjoni xierqa specjalment fuq il-B12. Ghalhekk trid tinforma ruhek tajjeb biex tkun f'sahhtek.
Dan hu messagg li ta Dr. Stephen Walsh fl-ahhar International Vegetarian Congress li sar fl-Iskozja fl-Lulju li ghadda:
B12 is an essential part of a healthy vegan diet
Don't endanger your health by missing out!
Dawn huma ir-Reference Nutrient intakes (RNI) ghall- Vitamina B12 µg/kull jum (1000µg = 1milligram)
ETA [RNI (µg/kulljum)]
0 sa 6 xhur [0.3]
7 sa 12-il-xhar [0.4]
Sena sa 3 snin [0.5]
4 snin sa 6 snin [0.8]
7 snin sa 10 snin [1.0]
11 snin sa 14 -il sena [1.2]
Minn 15-il sena 'l fuq [1.5]
Ommijiet li qed ireddghu [2.0]
Nota
Il-vitamina B12 mhix tossika u dozi gholjin mhux mahsuba li huma perikoluzi.
L-attenzjoni ta' l-ommijiet li qed ireddghu hi emfasizzata.
Riferenzi minn Dr. Gill Langley-Vegan Nutrition Ed 2 1998 ; The BritishVegetarian Society, Dr.M. KlaperMD-Vegan Nutrition Pure and Simple, Dr.S.Walsh Phd-B12-Essential for a Healthy Vegan diet-Paper presented at IVU congress 2002.
|