Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Id-Dieta Tieghi Kontra l-Kancer

Il-professur Umberto Veronesi, twieled fl-1925. Iggradwa bhala tabib fl-1950 u kompla jispecjalizza fir-ricerka dwar il-kancer. Kien ukoll ministru tas-sahha Taljan mis-2000 sas-sena 2001. Dan il-professur onkologu spiss ikun intervistat mill-istampa u ma jiddejjaqx jistqarr li huwa vegetarjan konvint. Ilu vegetarjan ghal dawn l-ahhar 20 sena. Araw kif jahsibha: "Jien vegetarjan fuq motivi etici, mhux medici. L-annimali ghandhom ikunu rispettati u mhux maqtula biex nikluhom- l-annimali kollha".

"Ta' spiss jistaqsuni ghaliex ghazilt li nsir vegetarjan. L-ewwel risposta hi etika. Din hi ghazla li ghamilt hafna snin ilu, ghax jien ghandi konvinzjoni soda li l-bnedmin m'ghandhomx id-dritt li jgibu sofferenza u l-mewt fuq il-kreaturi hajjin l-ohra. L-annimali ihossu l-emozzjonijiet, l-ugiegh u l-biza'. Xi dritt ghandna li nifirdu l-haruf minn m'ommu biex niggustaw nieklu koxxa tal-haruf, jew li nifirdu l-ghogol minn mal-baqra biex nitimghu l-vitella lil uliedna? Ma nemminx li l-ideat romantici tieghi huma bla bazi. Ghadni niftakar inkjesta li tixxukjak dwar il-biza' li taqbadhom l-annimali ghal qatla meta jaslu vicin il-biccerija. Ma noqoghdux nghidu li l-annimali ma jifhmux.

Jekk fid-dinja hemm 800 miljun ruh bil-guh, dan minhabba li parti kbira mill-art agrikola tintuza biex jitkabbar l-ghalf ghall-bhejjem tal-qatla. Kull sena aktar minn 150 miljun tunnellata ta' cereali jinghataw lil dawn l-annimali biex wara jinqatlu, b'hela esagerata ta' 80% tal-potenzjal nutrittiv. Dawn jinhlew ghax hafna proteini jinharqu fil-gisem tal-annimal u meta naghmlu l-kontijiet ta' kemm jintuzaw nutrijenti biex jitkabbru l-annimali u kemm minn dawn jibqa', wara li jinqatlu nsibu li l-bilanc hu wiehed negattiv. ghalhekk ikun jaqbel hafna aktar li thawwel kilo cereali ghall-konsum uman dirett u tkun tista' titma hafna aktar persuni u ma tahlix milli thawwel l-istess kwantitą ghall-bhejjem biex imbaghad tikolhom.


Is-sahha marbuta mad-dieta

Proverbju antik jghid li l-gula toqtol izjed mix-xabla. Dan il-proverbju jigini f'mohhi meta jghidu li l-akbar theddida ghas-sahha gejja mill-arja li niehdu fi mnifsejna. Imma din mhix vera ghal kollox ghax ftit jafu li l-akbar theddida ghas-sahha tici mill-ikel. B'hekk sahhitna tiddependi aktar fuq dak li nieklu milli fuq dak li niehdu nifs. Dan fuq kollox jghodd fl-isfera tal-mard tal-kancer.

L-ikel huwa bzonnjuz ghall-ghixien ta' kull kreatura, imma l-kwantitą, il-kwalitą, u natura ta' dan l-ikel hi bhal l-istatwa antika ta' Giano Bifronte, li kellu wicc ghall-gwerra u wicc ghall-paci. L-ikel jista' jghinna nsalvaw sahhitna jew inkella bil-maqlub, jista' jikkompromettijhielna ghax l-ikel jista' malajr isir sors ta' sustanzi li jaghmlulna l-hsara jew li huma velenuzi ghas-sistema cardiocirkolatorja u dik digestiva u li kultant jistghu jipprovokaw l-izvilupp ta' tumuri.

B'dieta tajba, il-blata li fuqha trid tinbena l-prevenzjoni mill-mard, trid tinkludi hafna haxix u frott u ftit jew xejn laham. Jien vegetarjan ghal mottivi etici imma din l-ghazla nibbazaha fuq provi xjentifici accertati. Ahna mdawwrin b'sustanzi velenuzi li jaghmulna l-hsara sew jekk nehduhom f'mnifsejna imma huma ferm aktar ta' periklu jekk nibighuhom. Meta nieklu l-laham inkunu npoggu ruhna propju f'din is-sitwazzjoni minhabba li mill-atmosfera, dawn is-sustanzi jaqghu fil-hamrija u fuq il-haxix. Meta dan jittiekel mill-annimali, dawn is-sustanzi jakkumulaw fil-gisem tieghu u jaslu fil-platt taghna meta nigu biex nieklu l-laham. Sustanza velenuza hi aktar perikoluza jekk niekluha milli nehduha fin-nifs. Jien dejjem ingib l-ezempju tal-qattus li hu l-aktar annimal suggett ghall-kancer. Ir-ricerka tindika li l-kagun ta' dan, hija d-drawwa tal-qattus li jilghaq is-suf tieghu, ghax b'hekk jibghla' hafna veleni li jkunu waqghu fuqu jew li jkun gabar meta jitmghiek ma' l-art. Il-povru qattus b'hekk isir il-vittma ta' dawn is-sustanzi velenuzi li jkun dahhal f'gismu.

It-tniggis ambjentali, ghalhekk huwa ta' riskju l-aktar ghax jidhol fil-katina ta' l-ikel, u kultant nisimghu ahbarijiet li hemm bzonn naghtuhom aktar attenzjoni. Per ezempju ahbar ricenti tghid li ricerka fuq 230 nisa tqal sabet li 80% minnhom kellhom is-sustanza ocratoxin A u l- flatoxin, sustanza potenzjalment karconegona. Hawn ma nistax ma niftakarx li l-qamh genetikament modifikat, jirnexxielu jehles minn parassita li tikkaguna l-flatoxin fil-qamh"


L-inginerija genetika tal-pjanti

"Waqt seminar dwar il-bioteknologija f'Novembru 2004, 18-il socjetą xjentifika, affermaw li ma kien hemm l-ebda prova li xi periklu ghal minn jiekol minn pjanti genetikament modifikati. Kien hemm bosta kontestazzjonijiet, izda jien konvint li l-agrikoltura teknologika ser tikkontribwixxi biex issolvi l-problema tal-guh fid-dinja li tolqot 800 miljun ruh. ghandna nkomplu nipprotedu bl-akbar attenzjoni u kawtela izda nkomplu mexjin. Ma ngossx li jkun utli u intelligenti li nopponu ghar-ricerka. Il-kwistjonijiet il-kbar fid-dinja ma jissolvewx b'inqas ricerka, izda b'aktar ricerka, iktar tgharif u aktar kultura".


Il-laham u l-guh fid-dinja

"F'dinja li ghandha l-guh, il-konsum tal-laham iservi ta' hala ekonomiku enormi, u l-maghruf ekonomista u socjologu Jeremy Rifkin taghna dimostrazzjoni ta' dan bil-figuri: Jekk fid-dinja jinsabu 800 miljun ruh li qed isofru l-guh, hu minhabba li parti kbira ta' l-art fertili li tista' tici ikkultivata qed tintuza biex tforni ikel ghall-bhejjem ghal-laham.


Id-dieta vegetarjana u s-sahha

Mhux veru li l-laham hu necessarju ghall-hajja taghna. Mhux biss il-hxejjex joffrulna dak kollu li hemm bzonn biex nghixu, imma fihom insibu l-proteini kuntrarju ghal dak li jahsbu n-nies. F'termini evoluzzjonistici l-bniedem gej mix-xadini. Porpju l-mappa tal-genoma uman taghtna prova xejntifika ta' dak li kien ikkonkluda Darwin. 99% tad-DNA taghna hu identiku ma' dak tac-cimpanzin u ahna ugwali mieghu f'kull funzjoni. ghadna biss izjed il-hin tal-lingwa u dan jaghmilna differenti. Minghajr il-lingwa ma hemm'x civilizzazzjoni, u minghajr kitba m'hemmx storja. Fil-bqija, il-metabolizmu taghna u ugwali ghal dak tal-primati (ez. X-xadini) li m'humiex karnivori, hu jieklu , cereali, legume, berries u frott iehor.


Il-gisem taghna, bhal dak tax-xadini, huwa pprogrammat biex jiekol il-frott u l-hxejjex u legume. Dieta minghajr laham mhux ser tiddebollixina zgur. Bizzejjed inharsu lejn is-sahha fizika tal-gorilla. Inharsu lejn it-tarbija tat-twelid li tikkwadruplika l-piz taghha fl-ewwel 4 xhur fuq il-halib biss. Mhux biss dieta tal-haxix u frott taghmilna tajjeb, izda isservi wkoll biex tbieghed minna l-mard".


1. Il-flatoxin, sustanza ta' potenzjal karcogenu gholi, tiddahhal fil-qamh minn certi tipi ta' moffi li jokkupaw it-toqob li jkunu thaffru fil-qamha minn parassita ohra.


Maqlub u addattat ghal-Malti minn intervista fl-OGGI 23/10/2002 u fl-Espresso 11 ta Frar 2005 kif ippublikat fil-website tas-Societį Vegetariana Italiana.



« Lura ghall-Artikli