|
Il-frott tas-'Citrus' u l-Vitamina C
Meta nitkellmu dwar l-frott tac-'citrus', jigifieri frott bhall-laring, lumi, mandolin u 'grapefruit', hafna jahsbu fil-vitamina C. U minkejja l-fatt li huwa hafna dak il-frott li ghandu l-vitamina C, meta nsemmu din il-vitamina hafna jahsbu fil-laring. Pero, interessanti ninnutaw li mhux il-laring l-iktar li ghandu vitamina C. Fil-fatt, kiwi, 'guava' u/jew tazza frawli ghandhom iktar vitamina C minn laringa.
Il-funzjonijiet tal-vitamina C
Il-vitamina C ghandha funzjonijiet varji fil-gisem. Din il-vitamina hija wahda mill-bosta 'antioxidants' li nsibu fl-ikel li tista' taghtina protezzjoni kontra l-mard tal-qalb u l-kancer. Funzjoni ohra ta' din il-vitamina hi li tipporotegi l-LDL kolesterol (Low density lipoprotein cholesterol, jigifieri dak li normalment jissejjah il-kolesterol il-hazin) mill-ossidazzjoni1. Il-vitamina C izzomm ukoll in-'nitrosamines', kimici li jikkawzaw il-kancer, milli jigu ffurmati. Barra minn hekk, din il-vitamina tghin ukoll fl-immunita' tac-celluli billi tghin lic-celluli tad-demm bojod (celluli li jattakkaw germi jew infezzjonijiet li jidhlu fil-gisem) jiggieldu ahjar.
L-influwenza, l-irjihat u l-vitamina C
Kamm il-darba smajna li c-citrus toffri protezzjoni kontra l-influwenza u l-irjihat. Fil-fatt, hafna jiehdu l-vitamina C f'forma ta' pilloli jew xorb biex jipprotegu lilhom infushom kontra dal-mard assocjat ma' zmien ix-xitwa. Certi studji juru li minkejja l-fatt li l-vitamina C ma tipprevenix l-irjihat, l-uzu taghha jista' jnaqqas kemm xejn il-qawwa tas-sintomi tar-rih, u jista' wkoll inaqqas it-tul tar-rih. Nistghu nibbenefikaw minn dawn il-vantaggi anki jekk niehdu daqs 250mg vitamina C f'gurnata (bejn wiehed u iehor erba' laringiet). Dozijiet iktar gholjin ma jaghtux vantagg ikbar minhabba l-fatt li vitamina C zejda tigi mormija mill-gisem. Ghalhekk importanti li niehdu ammont ta' vitamina C kuljum.
Vitamini u minerali ohra fis-'Citrus'
Apparti l-vitamina C, il-laring ghandu ammont sostanzjali ta' vitamina B1, fibra, 'potassium' u 'folic acid'.
Il-vitamina B1 (thiamin)
Il-vitamina B1 ghandha bosta funzjonijiet, fosthom tghin fil-metabolizmu tal-karbojdrati, fic-cirkulazzjoni u biex jifforma d-demm.
Il-fibra
Il-fibra tikkonsisti f'dawk il-karbojdrati li ma jigux digeriti mill-gisem u minhabba f'hekk ghandha funzjoni mportanti fis-sistema digestiva. Fil-frott tas-'citrus' insibu tip ta' fibra li tissejjah 'pectin', u wahda mill-funzjonijiet taghha hi li tbaxxi l-livell tal-kolesterol fid-demm.
Il-'potassium'
Dan il-mineral ghandu funzjonijiet importanti fis-sistema muskolari u fis-sistema nervuza. Apparti minn hekk, jghin lill-kliewi fit-tnaddif tat-tossini mill-gisem.
Il-vitamina B9 ('folic acid')
Din il-vitamina hija bzonnjuza ghas-sintesi tad-DNA u ghat-tkabbir tac-celluli. Ghandha sehem ukoll fil-formazzjoni tac-celluli l-homor u hija essenzjali biex jinholoq il-'heme', dik il-parti tal-'hemoglobin' li fid-demm igorr l-ossignu. Barra minn hekk, il-'folic acid' huwa essenzjali biex is-sistema nervuza tal-fetu jizviluppa sew.
Nota ta' l-ahhar
L-Istitut Nazzjonali tal-Kancer jissuggerixxi li nieklu mill-inqas hames frottiet jew haxix kuljum, specjalment haxix ahdar jew isfar u l-frott tas-'citrus'. Kif rajna, il-frott tas-'citrus' ghandu bosta vitamini u minerali. Apparti dawn, kimici ohra li nsibu f'dan il-frott huma l-'phytochemicals', kimici li joffru hafna protezzjoni lis-sahha tal-bniedem. Fil-laring biss biss insibu l-fuq minn 170 'phytochemicals'. Fil-harga li jmiss nitkellmu dwar il-'phytochemicals' fil-haxix u l-frott u l-beneficcji taghhom ghas-sahha taghna.
(1) "Ossidazzjoni" hija process kimiku fejn l-ossigenu jinghaqad ma sustanza ohra (vitamini u minerali) u jbiddilha b'tali mod li ma tkunx tista' tintuza aktar fil-gisem u ghalhekk tinhela. L-aktar ossidazzjoni komuni madwarna forsi hi meta l-hadid isir sadid. L-'antioxidants' fil-gisem ma jhallux jew jaghmluha aktar difficli biex dan isir. L-'antioxidantd' bhal vitamina C u E huma mportanti fil-gisem ghax fost affarijiet ohra ibeghdu x-xjuhija.
Artiklu adattat u maqlub ghall-Malti minn www.vegetarian-nutrition.info/updates/citrus.php
|