Home  |  Contact Us     
     Home
     Welcome Note
     About the Society
     Events
     Literature
     Articles
     Recipes
     Leave Your Thoughts
     Contact Us
     Memberships
     Links


Il-Vitamina B12 u S-Sahha

minn John Darmanin
John huwa c-Chairperson tal-Ghaqda Vegetarjana ta' Malta.

Id-dieta vegan ippjanata tajjeb hi tajba f'kull stadju tal-hajja, anke fit-tqala, fit-trobbija tat-trabi, tfal u adoloxxenti. Din hi l-istqarrija ta' l-American Dietetic Association and dietitians of Canada. Hawn ta' min jaghmel emfasi fuq li tkun ippjanata tajjeb.

Problema ghall-vegans hi l-vitamina B12 minhabba li din tinsab biss fil-prodotti li gejjin mill-annimali, bhal-laham, bajd, halib u hobon. Ghalhekk il-vegans ikollhom jehduha minn sorsi ta' ikel fortifikat bhal-cereali. Kienu jahsbu li xi hxejjex tal-bahar kellhom il-B12, izda wara kien instab li din kienet biss sustanza li tixxiebah hafna mal-B12, tant li l-gisem jitfixkilha u jista' jarmi dik tajba u jzomm il-hazina. Dan hu effett hazin doppjament u ghalhekk wiehed irid joqghod attent.

Minhabba li d-dieta vegan hi rikka fil-folic acid, dan jista' jahbi n-nuqqas tal-B12, meta wiehed jaghmel ezami tad-demm. L-esperti jsostnu li l-B12 hi krucjali fit-tqala u waqt li l-omm tredda t-tarbija taghha. In-nuqqas ta' din il-vitamina tista' tikkaguna difetti serji fit-tarbija.

Barra minn hekk, minn 10 sa 30 fil-mija tal-persuni 'l fuq minn 50 sena jitilfu l-kapacitą li jassimilaw il-B12 minn sorsi naturali bhal halib, ghalhekk dawn ukoll iridu jirrikorru ghal sorsi artifihjali.

Dan l-ahhar bdiet tissemma l-kelma homocysteine, din hi sustanza (amino acid) li ftit jaghtu kasha, izda issa qajjmet interess kbir fil-kamp mediku. Evidenza turi li livelli gholja, anke moderati, ta' din is-sustanza, fil-gisem hi assocjata ma' riskju fit-twelid, dementia, depressjoni u mewt. Xi studiji fl-Olanda, irraportaw li livelli gholjin ta' homocysteine huma assocjati ma' mortalitą u b'hekk din taghmilha potenzjalment aktar importanti mill-kolesterol. Hu kkalkolat li hieda ta' 10 fil-mija ta' homocysteine, hi assocjata ma' minn 5 sa 10 fil-mija tal-mortalitą u tnaqqas il-hajja.

Il-homocysteine, flimkien mal-folate, B6 u B12, jirriciklaw biex joholqu sustanzi kemikali vitali ghal formazzjoni ta' DNA, neuro-transmitters, sintezi ta' coenzyme Q, u amino acidi ohrajn kif ukoll l-eliminazzjoni ta' sustanzi tossici bhal arseniku u pyridine. Waqt li l-folate u l-B6 nakkwistawhom mill-frott, cereali u haxix, mhux hekk il-B12, u nuqqas taghha jimblokka dan ic-ciklu fil-punt qabel ma l-homocysteine tinbidel f'methionine. B'hekk takkumula l-homocysteine u l-process ma jkunx jista' jkompli jaqdi l-funzjonijiet ta' rigenerazzjoni u tiswija tac-celluli.

L-akbar kawha ta' livelli ta' homocysteine gholjin hej min-nuqqas ta' B12, waqt li kafč mhux iffiltrat, tipjip, u alkohol izidu l-homocysteine. Te iswed ftit ghandu effett, imma spirti bhal whiskey u vodka iziduha. Il-birra u l-imbid ma jidhirx li ghandhom effett.

Studju ricenti juru li l-bicca l-kbira tal-vegans ghandhom koncentrazzjoni ta' madwar 15mcmol/l meta mqabbla ma dak l-ideal ta' 10mcmol/l. Instab ukoll li anke vegetarjani ghandhom livell xi ftit gholi ta' 12mcmol/l. Fl-istess waqt, vegans li jiehdu 3mcg B12 kuljum ghandhom livell ta' 8mcmol/l-livell baxx aktar minn dak mistenni.

Il-medja ta' 15mcgmol/l fil-vegans hi xi ftit gholja u tqarreb il-mortalitą tal-vegans ma ta' dawk li jieklu l-laham.

Ta' min jghid li dawk il-meat eaters studjati f'dan l-istharrigg ma jieklux l-ammont ta' laham daqs il-popolazzjoni generali. Ghalhekk meta wiehed iqabbel mal-popolazzjoni generali l-indici tal-mortalitą jitla' ghal 1.6, b'hekk il-vegans xorta jghixu aktar mill-popolazzjoni generali. Izda r-riherkatur irid jemfasizza li meta mqabbla ma dawk li jieklu ftit laham jew hut, jistghu jtejbu l-hajja taghhom billi jizguraw li jiehdu l-ammont dovut ta' vitamina B12.

Il-problema tal-homocysteine tinsab ukoll f'dawk li jieklu l-laham minhabba n-nuqqas ta' folate li jinsab fil-haxix. Hi problema wkoll ghall-anzjani li jitilfu l-abiltą li jassorbu l-B12 mil-laham jew prodotti ohra tal-annimali izda jkunu jistghu jassorbuha aktar minn sorsi sintetici.

Il-B12 taghmilha biss certa tip ta' bakterja kemm jekk tihi mill-halib, bajd, laham jew minn ikel mizjud biha. Ghalhekk il-B12 mizjuda fil-prodotti tal-ikel jew fis-supplimenti tihi minn spehi ta' fermentazzjoni b'bakterji maghhula apposta li jirrendu vitamina ta' min joqghod fuqha u li tkun assorbita aktar.

Is-sintomi tan-nuqqas ta' B12 jistghu jkunu hafna, l-aktar komuni fosthom huma sintomi newrologici, bhal irqad tas-swaba (numbness) jew tingiz, nuqqas t'energija, u sveltezza, vista mcajpra u telfien tal-bilanc u kontroll fuq l-idejn u s-saqajn, dipressjoni u dimenzja.

Dr. Stephen Walsh jirrakkomanda ta' l-anqas 3mcg (microgramma) B12 kuljum bhala suppliment biex wiehed izomm il-livell tal-homocysteine baxx u valur ta' B12 fid-demm ta' 400picogramma kull millilitru jew 300 picomoles kull litru. Doza ta' darba fil-gimgha trid tkun ta 2000mcg ghax l-assorbiment ta' din il-vitamina hu hafna aktar efficjenti fuq dozi baxxi u spissi. F'dozi anqas minn 0.5mcg il-gisem jassorbi 70 fil-mija tal-kontenut tal-B12 fis-suppliment.

L-importanza kbira tal-B12 qatt ma tista' tigi emfasizzata bizzejjed. Studju fl-Irlanda juri li persuni li ghixu l-fuq minn 80 u 90 sena kellhom livell ta' homocysteine baxx.

Dan l-artiklu hu maqlub u addattat ghall-Malti mill-ktieb Plant Based Nutrition ta' Stephen Walsh PhD.



« Lura ghall-Artikli